IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell,8.11.2017
COM(2017) 676 final
2017/0293(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-COFMT:Subscript2/FMT minn vetturi ħfief u li FMT:Highlight=16jemenda r-Regolament (KE) Nru /FMT715FMT:Highlight=16//FMT2007FMT:Highlight=16 /FMT(riformulazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
{SWD(2017) 650 final}
{SWD(2017) 651 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha
Is-settur awtomobilistiku huwa ta’ importanza partikolari għall-UE, u jħaddem aktar minn 12-il miljun ruħ fl-oqsma tal-manifattura, tal-bejgħ, tal-manutenzjoni u tat-trasport. L-industrija tal-karozzi tal-UE, bħala parti mis-settur awtomobilistiku globali, bħalissa qiegħda tħabbat wiċċha ma’ trasformazzjonijiet fundamentali. Id-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni qegħdin ibiddlu l-proċessi tal-manifattura tradizzjonali. L-innovazzjoni fis-sistemi ta’ motopropulsjoni elettrifikati, fis-sewqan awtonomu u fil-vetturi konnessi tikkostitwixxi sfidi kbar li jistgħu jittrasformaw is-settur b’mod fundamentali. Barra minn hekk, is-sehem tas-suq tal-karozzi tal-UE fil-bejgħ globali fl-aħħar għaxar snin naqas minn madwar terz għal madwar 20 % u dan qiegħed ikompli jitfa’ piż fuq l-industrija tal-UE biex tippenetra swieq ġodda.
Wara l-Ftehim ta’ Pariġi, id-dinja ħadet l-impenn li timxi lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Bosta pajjiżi issa qegħdin jimplimentaw politiki għat-trasport b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fosthom standards għall-vetturi, kemm-il darba flimkien ma’ miżuri biex tittejjeb il-kwalità tal-arja. Sa issa, l-istandards tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fis-seħħ fl-Ewropa għall-karozzi u l-vannijiet kienu għodda fundamentali fl-isforzi lejn l-innovazzjoni u l-investimenti f’teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Iżda llum, fin-nuqqas ta’ standards aktar stretti għall-perjodu ta’ wara l-2020, l-UE qiegħda tissogra li titlef il-pożizzjoni tagħha fuq quddiem fit-teknoloġija, b’mod partikolari fir-rigward ta’ vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, fejn l-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel u ċ-Ċina qegħdin jimxu ’l quddiem b’rata mgħaġġla ħafna.
Iċ-Ċina għadha kemm introduċiet kwoti obbligatorji għall-vetturi b’livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero għall-manifatturi tal-karozzi mill-2019 ’il quddiem. Fl-Istati Uniti, California u disa’ Stati oħra stabbilixxew b’suċċess strument regolatorju biex itejbu l-introduzzjoni ta’ vetturi b’livell ta’ emissjonijiet baxxi jew żero. L-importanza strateġika tal-vetturi b’livell ta’ emissjonijiet baxxi jew żero għall-manifatturi tal-karozzi hija xprunata minn bosta tħabbiriet reċenti li s-sehem mill-bejgħ globali tas-sistemi tal-motopropulsjoni elettrifikati se jiżdied b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin. L-industrija awtomobilistika tal-UE trid issir mexxejja globali f’dawn it-teknoloġiji ġodda, kif bħalissa huwa l-każ bit-teknoloġiji tal-karozzi konvenzjonali.
Permezz tal-qafas regolatorju attwali, il-konsumaturi fl-UE mhumiex igawdu mill-iffrankar tal-fjuwil li jista’ jkun hemm. Skont l-evalwazzjoni tar-Regolamenti attwali dwar is-CO2, l-iffrankar tal-fjuwil li jirriżulta mill-istandards dwar is-CO2, huwa ferm ogħla mill-kost addizzjonali tax-xiri. Madankollu l-iffrankar fin-nefqa fuq il-fjuwil tul il-ħajja tal-vettura kien aktar baxx milli ġie antiċipat, l-aktar minħabba d-diverġenza dejjem akbar bejn iċ-ċiklu tat-test u r-rendiment tal-emissjonijiet fl-użu reali. Jekk titnaqqas il-qabża fl-emissjonijiet u l-vetturi l-ġodda jkunu mgħammra b’teknoloġiji li jwasslu għall-iffrankar tal-fjuwil f’kundizzjonijiet ta’ użu reali, il-konsumaturi jkomplu jibbenefikaw.
L-Istrateġija Ewropea għall-Mobbiltà b’Emissjonijiet Baxxi, ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea f'Lulju 2016, tistabbilixxi l-ambizzjoni li sal-2050, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) mit-trasport jeħtieġ li jkunu tnaqqsu tal-anqas b’60 % mil-livelli tal-1990, u juru indikazzjonijiet ċari li jkunu qabdu t-triq għal emissjonijiet żero. L-emissjonijient ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja mit-trasport jeħtieġ li jitnaqqsu mingħajr dewmien. L-Istrateġija għamlitha ċara wkoll li l-introduzzjoni ta’ vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero jeħtieġ li tiżdied biex sal-2030 tkun kisbet sehem mis-suq sinifikanti u b’hekk l-UE tkun qabdet it-triq fit-tul lejn il-mobbiltà b’emissjonijiet żero.
Bħala l-ewwel pass, l-istrateġija ġiet implimentata permezz tal-Komunikazzjoni ta’ Mejju 2017 “L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd”. Din tagħmilha ċara li l-UE timmira biex tiżviluppa, toffri u timmanifattura fl-Ewropa l-aqwa soluzzjonijiet ta’ mobilità, tagħmir u vetturi, konnessi u awtomatizzati b’emissjonijiet baxxi tal-aqwa kwalità u jkollha fis-seħħ l-aktar infrastruttura moderna biex tappoġġahom. Il-Komunikazzjoni tenfasizza li l-UE trid tkun minn ta’ quddiem fl-iffurmar tat-tibdiliet kurrenti fis-settur awtomobilistiku fil-livell globali, abbażi tal-progress ewlieni li diġà sar.
L-istandards attwali tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi u mill-vannijiet sal-2020/21 taw kontribut biex l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi ħfief jitnaqqsu b’mod sinifikanti. Madankollu, bil-politiki implimentati attwalment, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhumiex mistennija jonqsu biżżejjed biex tintlaħaq il-mira tal-UE għall-2030 biex l-emissjonijiet jitnaqqsu għal tal-anqas 40 % tal-livell tal-1990. It-trasport bit-triq kien responsabbli għal 22 % tal-emissjonijiet GHG tal-UE fl-2015 b’żieda kostanti ta’ dan is-sehem mill-1990 ’l hawn. Il-karozzi u l-vannijiet ammontaw għal 73 % tal-emissjonijiet GHG tat-trasport bit-triq fl-2015.
Filwaqt li s-settur tat-trasport naqqas b’mod konsiderevoli l-emissjonijiet tiegħu ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja fl-UE matul l-aħħar deċennji, dan jibqa’ l-akbar kontributur ta’ emissjonijiet tan-NOx. Vetturi b’emissjonijiet żero mhux biss jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport bit-triq, iżda jagħtu wkoll benefiċċji f’termini ta’ trasport ħieles mill-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja.
Din il-proposta tistabbilixxi miri ta’ tnaqqis tas-CO2 kosteffikaċi għal vetturi ħfief ġodda sal-2030 flimkien ma’ mekkaniżmu ta’ inċentiv dedikat biex jiżdied il-proporzjon ta’ vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero. Dan jiżgura li l-industrija awtomobilistika tal-UE żżomm il-pożizzjoni tagħha fuq quddiem fit-teknoloġija, biex b’hekk issaħħaħ il-kompetittività tagħha u tistimula l-impjiegi. Tnaqqas ukoll il-kostijiet tal-konsum tal-fjuwil għall-konsumaturi. Fl-istess ħin, tikkontribwixxi għall-ilħiq tal-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi. Il-mekkaniżmu ta’ inċentiv biex jiżdied is-sehem ta’ vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero jikkontribwixxi għat-tnaqqis tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja, u dan imbagħad itejjeb il-kwalità tal-arja għall-benefiċċju tas-saħħa pubblika. Jikkomplementa l-isforzi kurrenti biex jiġu indirizzati l-problemi tal-kwalità tal-arja fil-livell urban, reġjonali u nazzjonali.
B’mod aktar speċifiku, se jipprovdi sinjal ċar u prevedibbiltà biex l-industrija tkun tista’ tinvesti, tistimula l-impjiegi u tħeġġeġ l-innovazzjoni u l-kompetittività. Barra minn hekk, se jwassal għal aċċellerazzjoni fl-introduzzjoni ta’ vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil fl-UE biex b’hekk tissawwar il-bażi biex jinżamm is-suċċess tal-industrija awtomobilistika tal-UE fis-swieq globali. Huma mistennija li jseħħu investimenti fl-instrutturi tal-iċċarġjar, u dawn se jkunu appoġġati mill-miżuri anċillari meħtieġa fil-livell tal-UE u dak nazzjonali.
Mekkaniżmi ġodda ta’ governanza apposta se jiżguraw li l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil jibqgħu rappreżentattivi tal-valuri esperjenzati mill-konsumaturi fit-triq. Il-proposta tiżgura wkoll li l-isforzi fost il-manifatturi jkunu mqassma b’mod ġust.
Din il-proposta hija parti minn pakkett usa’ tal-mobilità li jinkludi azzjonijiet min-naħa tad-domanda li jappoġġaw il-miżuri min-naħa tal-provvista ta’ din il-proposta. Id-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta’ vetturi tat-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija tfittex li tistimula s-suq għal vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-emenda proposta tiżgura li d-Direttiva tkopri l-prattiki kollha tal-akkwist pubbliku, biex tipprovdi sinjali tas-suq ċari u fit-tul u li d-dispożizzjonijiet tagħha jkunu simplifikati u effikaċi. Jenħtieġ li ttejjeb il-kontribuzzjoni mis-settur tat-trasport għat-tnaqqis tas-CO2 u tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja u għall-kompetittività u t-tkabbir f’dan is-settur.
Id-Direttiva dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi tindirizza l-istabbiliment ta’ standards komuni dwar is-suq intern, rekwiżiti għall-infrastruttura minima xierqa li għandha tiġi żviluppata permezz ta’ oqfsa ta’ politika nazzjonali u informazzjoni għall-konsumaturi dwar il-kompatibbiltà tal-fjuwils u tal-vetturi. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi jfassal sett ta’ rakkomandazzjonijiet biex isaħħu l-implimentazzjoni tal-Oqfsa ta’ Politika Nazzjonali (NPFs) skont id-Direttiva u jittejbu l-ippjanar u l-finanzjament tal-infrastruttura interoperabbli tal-fjuwils.
Inizjattiva dwar il-batteriji għandha tgħin biex tiġi stabbilita katina sħiħa tal-valur għall-iżvilupp u għall-manifattura tal-batteriji fl-UE.
Barra minn hekk, fl-ewwel nofs tal-2018, il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi heavy-duty ġodda.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
Din il-proposta se tikkontribwixxi għall-mira tal-Istrateġija Qafas tal-Unjoni tal-Enerġija biex twassal għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, sigura u kompetittiva. Se tgħin biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fil-qafas tal-UE 2030 għall-klima u l-enerġija, li jinkludi miri ta’ tnaqqis ta’ mhux inqas minn 40 % fl-emissjonijiet domestiċi ta’ gassijiet serra fl-UE meta mqabbla mal-livelli tal-1990. It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS, li jinkludu t-trasport bit-triq, ikollhom jammontaw għal mhux inqas minn 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005. Il-Kummissjoni pproponiet miri għall-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 permezz tar-Regolament dwar il-Qsim tal-Isforz li jkopri l-oqsma mhux koperti bl-ETS. L-istandards tas-CO2 għall-vetturi ħfief għall-perjodu wara l-2020 se jgħin biex l-Istati Membri jilħqu dawk il-miri.
Barra minn hekk, l-Iskema għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) bħala element fundamentali tal-politika tal-UE dwar il-klima tikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija li se jkollu rwol dejjem akbar fit-trasport bit-triq peress li se jkun hemm proporzjon ogħla ta’ vetturi elettriċi.
L-FP7 u Orizzont 2020 ipprovdew finanzjament totali ta’ aktar minn EUR 1.5 biljun bħala appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp tal-batteriji, tal-fjuwils alternattivi u l-aspetti kollha tal-elettrifikazzjoni tal-vetturi.
Il-proposta tal-Kummissjoni tal-2016 għal Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli riveduta (RED II) timmira lejn tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-fjuwils permezz tal-introduzzjoni ta’ obbligu fil-livell tal-UE biex il-fornituri tal-fjuwil jipprovdu sehem minimu ta’ 6.8 % ta’ fjuwils b’emissjonijiet baxxi u fjuwils rinnovabbli, fosthom elettriku rinnovabbli u bijofjuwils avvanzati sal-2030.
Ir-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar il-Eurovignette tipprevedi imposti abbażi tar-rendiment tal-emissjonijiet li jippermettu ppremjar tal-vetturi favur l-ambjent u l-inċentivazzjoni tat-tiġdid tal-flotta tal-vetturi.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Kif enfasizzat l-Istrateġija Mġedda għall-Politika Industrijali, riċentement adottata industrija awtomobilistika moderna u kompetittiva hija ċentrali għall-ekonomija tal-UE. Madankollu, biex is-settur iżomm il-pożizzjoni tiegħu minn ta’ quddiem fit-teknoloġija u biex jistagħna fis-swieq globali, ikollu jgħaġġel it-tranżizzjoni lejn it-teknoloġiji aktar sostenibbli u mudelli ta’ negozju ġodda. Dan biss jiżgura li l-Ewropa jkollha l-aktar industrija kompetittiva, innovattiva u sostenibbli għall-2030 u lil hinn.
Barra minn hekk, il-Pjan Strateġiku tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet, li ġie varat f’Mejju 2016, jinkludi s-settur awtomobilistiku bħala wieħed mis-setturi fil-mira. Joffri l-possibbiltà biex l-applikazzjonijiet għall-proġetti jgħaqqdu flimkien lill-partijiet ikkonċernati ewlenin mill-imsieħba soċjali, biex jidentifikaw l-isfidi tal-kwalifiki u tal-ħiliet flimkien mal-introduzzjoni ta’ strateġiji apposta fil-livell nazzjonali jew reġjonali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 192 tat-TFUE. Skont l-Artikoli 191 u 192(1) tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi biex, inter alia, jinkisbu l-għanijiet li ġejjin: il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent; il-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali biex jitrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b'mod partikolari li jiġġieldu l-bidla fil-klima.
•Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)
L-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet ilhom stabbiliti fil-livell tal-UE mill-2009 u l-2011 rispettivament, b’miri għall-2020/21. Mingħajr azzjoni ulterjuri mill-UE f’dan il-qasam, x’aktarx li ma jkunx hemm tnaqqis sostanzjali tas-CO2 minn vetturi ħfief ġodda, kif ġara fl-UE fil-perjodu bejn l-1995 u l-2006 għall-karozzi. Lil hinn mill-2021 xorta jkun mistenni xi tnaqqis fl-emissjonijiet minħabba t-tiġdid kontinwu tal-flotta eżistenti fejn il-karozzi u l-vannijiet il-ġodda jissodisfaw l-istandards tas-CO2 tal-2020/21. Madankollu, peress li l-attività tat-trasport mistennija tkompli tikber, it-tnaqqis kumplessiv tas-CO2 ma jkunx biżżejjed biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-GHG għall-2030 u l-impenji li ttieħdu skont il-Ftehim ta' Pariġi.
L-azzjoni tal-UE hija ġustifikata kemm fid-dawl tal-impatt transfruntiera tat-tibdil fil-klima kif ukoll minħabba l-ħtieġa li jiġi mħares is-suq uniku tal-vetturi. Mingħajr l-azzjoni fil-livell tal-UE, ikun hemm ir-riskju ta’ varjetà ta’ skemi nazzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi ħfief. Jekk dan iseħħ, jirriżulta f’livelli ta’ ambizzjoni u parametri ta’ disinn differenti li jkunu jirrikjedu firxa ta’ għażliet teknoloġiċi u konfigurazzjonijiet tal-vetturi li jwasslu għal tnaqqis tal-ekonomiji ta’ skala. L-inizjattivi nazzjonali u lokali waħedhom x’aktarx ikunu inqas effikaċi għaliex jissograw li jkunu inkoerenti u b’hekk is-suq intern ikun frammentat.
Peress li l-manifatturi għandhom ishma differenti tas-suq tal-vetturi fi Stati Membri differenti, leġiżlazzjonijiet nazzjonali diversi jolqtuhom b’mod differenti, u dan jista’ jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. B’hekk jiżdiedu l-kostijiet tal-konformità għall-manifatturi u jiddgħajjef l-inċentiv għal disinn ta’ karozzi u vannijiet effiċjenti fl-użu tal-fjuwil minħabba l-frammentazzjoni tas-suq Ewropew.
Il-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw min-nuqqas ta’ standards komuni u soluzzjonijiet tekniċi komuni jiġġarrbu kemm mill-fornituri tal-komponenti kif ukoll mill-manifatturi tal-vetturi. Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar jgħaddu għand il-konsumatur li jkollu jħabbat wiċċu ma’ kostijiet ogħla għall-vetturi għall-istess livell ta’ tnaqqis ta’ gassijiet serra mingħajr azzjoni kkoordinata mill-UE.
•Proporzjonalità
Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti. Il-proposta tistabbilixxi standards ġodda b’mod kosteffikaċi biex jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ ta’ emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi u l-vannijiet f’konformità mal-qafas maqbul tal-UE 2030 għall-klima u l-enerġija u fl-istess ħin jiżgura t-tqassim ġust tal-isforzi fost il-manifatturi.
•Għażla tal-istrument
Peress li l-proposta hija riformulazzjoni ta’ żewġ Regolamenti eżistenti, Regolament huwa l-uniku strument xieraq.
It-teknika tar-riformulazzjoni, f’dan il-każ, tippermetti l-fużjoni ta’ żewġ Regolamenti preċedenti, simili ħafna, f’test leġiżlattiv wieħed li jkun fih l-emendi mixtieqa, tikkodifika dawk l-emendi mad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux mill-atti preċedenti, u tħassar dawk l-atti. Ir-Regolament riformulat propost huwa konformi mal-impenn tal-Kummissjoni skont il-ftehim interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet.
3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Saret evalwazzjoni estensiva tar-regolamenti eżistenti bħala parti mill-Programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT). Din tlestiet f’April 2015 u r-rapport finali tal-konsulenti ġie ppubblikat.
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni vvaluta r-regolamenti skont l-għanijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni oriġinali. Ikkonkluda li r-regolamenti kienu għadhom rilevanti, ġeneralment koerenti u kienu ġġeneraw iffrankar sinifikanti tal-emissjonijiet, filwaqt li kienu aktar kosteffikaċi milli kien mistenni biex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Iġġeneraw ukoll valur miżjud tal-UE sinifikanti li ma setax jinkiseb daqstant permezz ta’ miżuri nazzjonali.
Il-konklużjonijiet ewlenin tal-evalwazzjoni kienu:
·Ir-Regolamenti għadhom validi u se jibqgħu validi lil hinn mill-2020.
·Ir-Regolamenti kellhom aktar suċċess fit-tnaqqis tas-CO2 milli kellhom il-ftehimiet volontarji preċedenti mal-industrija.
·Ir-Regolament dwar is-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri x’aktarx kien responsabbli għal 65-85 % tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ egżost mill-karozzi li nkiseb wara l-introduzzjoni tiegħu. Għall-vetturi kummerċjali ħfief (LCVs), ir-Regolament kellu rwol importanti fl-aċċellerazzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet.
·L-impatti fuq il-kompetittività u l-innovazzjoni jidhru ġeneralment pożittivi bla ebda sinjal ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.
·Ir-rapport ta' evalwazzjoni xeħet dawl fuq id-dgħufijiet li ġejjin:
·Iċ-ċiklu tat-test NEDC ma jirriflettix b’mod adegwat l-emissjonijiet fl-użu reali u hemm diskrepanza dejjem akbar bejn ir-rendiment tal-emissjonijiet fiċ-ċikli tat-test u dik fl-użu reali li naqqret il-benefiċċji tar-Regolamenti.
·Ir-Regolamenti ma jqisux l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-fjuwils inkella dawk assoċjati mal-produzzjoni jew ir-rimi tal-vetturi.
·Ċerti elementi tad-disinn (modalitajiet) tar-Regolamenti x’aktarx kellhom impatt fuq l-effiċjenza tar-Regolamenti. B’mod partikolari, l-użu tal-massa bħala parametru ta’ utilità jippenalizza t-tnaqqis tal-massa bħala alternattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.
·Ir-Regolamenti ġġeneraw benefiċċji ekonomiċi netti għas-soċjetà.
·Il-kostijiet għall-manifatturi kienu ferm inqas milli kien mistenni oriġinarjament peress li t-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet kienu, b’mod ġenerali, inqas għaljin milli mistenni.
·L-iffrankar fin-nefqa fuq il-fjuwil tul il-ħajja tal-vettura jeċċedi l-kostijiet tal-manifattura mħallsa bil-quddiem, iżda kien iktar baxx milli ġie antiċipat, l-aktar minħabba diverġenza dejjem akbar bejn ir-rendiment tal-emissjonijiet taċ-ċiklu tat-test u dik fl-użu reali.
·Ir-Regolamenti huma ġeneralment koerenti, kemm internament kif ukoll bejniethom.
·Il-modalitajiet li potenzjalment idgħajfu r-Regolamenti, minkejja li b’impatti limitati, huma d-deroga għall-manifatturi speċjalizzati, is-superkrediti u perjodu ta’ dħul gradwali (karozzi).
·L-armonizzazzjoni tas-suq hija l-aktar aspett kruċjali ta’ valur miżjud tal-UE u x’aktarx li azzjoni mhux koordinata ma kinitx tkun daqshekk effiċjenti. Ir-Regolamenti jiżguraw rekwiżiti komuni, biex b’hekk il-kostijiet għall-manifatturi jitnaqqsu kemm jista’ jkun u jkun hemm iċ-ċertezza regolatorja.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet ikkonċernati għar-reazzjonijiet tagħhom permezz tal-elementi li ġejjin:
·konsultazzjoni pubblika online bejn l-20 ta’ Lulju u t-28 ta’ Ottubru 2016;
·workshop għall-partijiet ikkonċernati (24 ta’ Marzu 2017) biex jippreżentaw ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika;
·workshop dwar l-impjiegi u l-ħiliet għall-partijiet ikkonċernati (26 ta’ Ġunju 2017);
·laqgħat ma’ assoċjazzjonijiet rilevanti tal-industrija li jirrappreżentaw il-manifatturi tal-karozzi, il-fornituri tal-komponenti u tal-materjali u l-fornituri tal-fjuwil;
·laqgħat bilaterali mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, mal-manifatturi tal-vetturi, mal-fornituri, mal-imsieħba soċjali u l-NGOs;
·dokumenti ta’ pożizzjoni ppreżentati mill-partijiet ikkonċernati jew mill-Istati Membri.
Sommarju tal-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati jinsab fl-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt ta’ din il-proposta.
Ir-riżultati ewlenin tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati huma dawn. Fir-rigward tal-livelli fil-mira, il-manifatturi tal-karozzi u tal-vannijiet ġeneralment jappoġġaw livelli fil-mira inqas ambizzjużi għall-2030, meta mqabbla mal-NGOs ambjentali u tat-trasport, li flimkien mal-għaqdiet tal-konsumaturi, huma favur livelli fil-mira aktar ambizzjużi, kemm għall-2025 kif ukoll għall-2030. Fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-isforzi, il-manifatturi jappoġġaw kurva ta’ valuri limitu abbażi tal-massa, filwaqt li l-NGOs tal-ambjent u tat-trasport, kif ukoll l-għaqdiet tal-konsumaturi jippreferu li tittieħed il-footprint bħala parametru ta’ utilità. Filwaqt li l-industrija tal-karozzi hija ġeneralment kontra mandat għal-LEV/ZEV, il-manifatturi tal-batteriji u tal-elettriku, flimkien mal-investituri fl-infrastruttura, bosta bliet Ewropej bi problemi ta’ kwalità tal-arja, kif ukoll il-maġġoranza tal-NGOs tal-ambjent u tat-trasport, appellaw għal approċċ bħal dan. L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi ħadu pożizzjoni newtrali rigward l-inċentivi għal-LEV/ZEV.
•Ġbir u użu ta' għarfien espert
Il-Valutazzjoni tal-Impatt tibni fuq l-evidenza mill-evalwazzjoni tar-Regolamenti eżistenti.
Għall-valutazzjoni kwantitattiva tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt jistrieħ fuq sett dedikat ta’ kurvi tal-kostijiet, li jkopri firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji aġġornati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi u vannijiet, kif ukoll ġabra sħiħa ta’ mudelli. Ġiet żviluppata varjetà ta’ xenarji permezz tal-mudell PRIMES-TREMOVE, li bassar l-evoluzzjoni tas-settur tat-trasport bit-triq. Din l-analiżi ġiet ikkumplimentata bl-applikazzjoni ta’ għodod oħra tal-immudellar, bħalma huma GEM-E3 u E3-ME (għall-impatti makroekonomiċi) u l-mudell JRC DIONE, b’karatteristiki ġodda biex jiġu vvalutati l-impatti fil-livell tal-manifatturi (kategorija).
Id-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u karatteristiċi oħra tal-flotta tal-vetturi ħfief l-ġdida ittieħdet mid-data ta’ monitoraġġ annwali rrappurtata mill-Istati Membri u miġbura mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) skont ir-Regolamenti 443/2009 u 510/2011 dwar l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief.
Flimkien mal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, inġabret aktar informazzjoni permezz ta’ diversi studji ta’ appoġġ, ikkummissjonati minn kuntratturi esterni, li b’mod partikolari indirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin:
·it-teknoloġiji disponibbli li jistgħu jiġu mobilizzati fil-perjodu ta’ żmien rilevanti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn LDV ġodda, kif ukoll l-effikaċja u l-kost tagħhom;
·elementi li potenzjalment jolqtu l-kompetittività industrijali u l-impjiegi;
·il-qabża dejjem tikber bejn l-emissjonijiet f’kundizzjonijiet ta’ ttestjar u f’sewqan fl-użu reali u l-fatturi li jikkontribwixxu għal dan;
·l-impatt ta’ approċċi regolatorji, metriċi regolatorji u elementi possibbli tad-disinn (modalitajiet) differenti;
·l-impatti fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ sustanzi li jniġġsu.
Fl-Anness 1 tal-Valutazzjoni tal-Impatt ta’ din il-proposta hemm lista ta’ studji.
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta ġiet imħejjija u żviluppata skont il-gwida applikabbli għar-Regolamentazzjoni Aħjar, u l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva b’riżervi sat-13 ta’ Ottubru 2017.
It-titjib rakkomandat mill-Bord ġie inkorporat fil-verżjoni finali. Dan jirrigwarda: (1) deskrizzjoni tar-rabtiet ma’ inizjattivi oħra ta’ politika tal-UE, b’mod partikolari l-pakketti dwar il-mobilità usa’ ppreżentati mill-Kummissjoni; (2) spjega tal-punti ta’ konġestjoni ewlenin li jtellfu l-introduzzjoni ta’ vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero u kif ir-Regolament propost jikkontribwixxi biex dawn jiġu indirizzati; (3) kjarifika tal-isfida għall-kompetittività tal-industrija tal-UE, b’mod partikolari f’termini tar-riskju li tintilef il-pożizzjoni minn ta’ quddiem fit-teknoloġija, u kif ir-Regolament propost jista’ jindirizzah; (4) identifikazzjoni tal-kompromessi ewlenin għad-deċiżjoni politika; (5) valutazzjoni tal-piż regolatorju u l-potenzjal għal simplifikazzjoni.
Għażliet ta’ politika
L-għażliet ta’ politika li tqiesu fil-valutazzjoni tal-impatt jinġabru f’ħames elementi ewlenin li jindirizzaw il-problemi identifikati u li għandhom jiksbu l-għanijiet ta’ politika.
1)Miri (livell, skeda ta’ żmien u metrika)
Ġew ivvalutati livelli ta’ mira differenti għall-perjodu sal-2030, minn tnaqqis ta’ 10 % sa 40 % fl-2030, meta mqabbel mal-mira tal-2021 għall-flotta medja tal-UE u l-mira tal-2020 għall-vannijiet. Tqiesu wkoll żewġ għażliet li jirriflettu l-livelli fil-mira indikati mill-Parlament Ewropew, li l-Kummissjoni ntrabtet li tivvalutahom matul in-negozjati tal-2014.
Rigward l-iskedar tal-miri, l-għażliet li tqiesu inkludew l-istabbiliment ta’ mira għall-2030 biss, l-istabbiliment ta’ miri għall-2025 u l-2030 kif ukoll l-istabbiliment ta’ miri annwali għal kull waħda mis-snin 2022-2030. Rigward il-metrika biex tiġi espressa l-mira, l-għażliet li tqiesu inkludew l-approċċ attwali bbażat fuq l-emissjonijiet mill-pajp tal-egżost (“mit-tank sar-rota”) kif ukoll għażliet alternattivi (“mill-bir sar-rota”, “emissjonijiet intrinsiċi”, “differenzjar abbażi tal-kilometraġġ”).
L-għażla ppreferuta għal-livelli fil-mira hija li jiġu stabbiliti miri ġodda ta’ CO2 għall-flotta kollha tal-UE li jammontaw għal tnaqqis ta' 30 % fl-2030 meta mqabblin mal-miri tal-2021, kemm għall-karozzi kif ukoll għall-vannijiet.
L-għażla ppreferuta għall-metrika tal-mira tal-emissjonijiet hija li jinżamm l-approċċ “mit-tank sar-rota” (TTW), fejn il-miri jiġu stabbiliti f’g ta’ CO2/km għall-medja tal-flotta ddifferenzjata skont il-bejgħ, peress li dan l-approċċ huwa kompletament konsistenti ma’ strumenti ta’ politika oħra u l-bdil tal-metrika ma jwassalx għal benefiċċji kbar. L-għażla ppreferuta għall-iskedar tal-miri huwa li tiġi stabbilita mira ġdida tas-CO2 għall-karozzi u għall-vannijiet li tapplika mill-2025 u miri aktar stretti mill-2030 ’il quddiem sabiex jiġi żgurat li t-tnaqqis kumulattiv meħtieġ fl-emissjonijiet tas-CO2 jinkisbu sal-2030 sabiex isir kontribut lejn l-ilħuq tal-miri stabbiliti fir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi. Approċċ bħal dan jipprovdi sinjal ċar u bikri għall-investiment f'vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero.
2)Id-distribuzzjoni tal-isforzi
Skont ir-Regolamenti attwali, tintuża linja ta’ valuri ta’ limitu biex jiġu definiti l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi individwali, li tibda mill-miri għall-flotta kollha tal-UE. Din il-kurva lineari tiddefinixxi r-relazzjoni bejn l-emissjonijiet tas-CO2 u l-massa tal-vetturi fi stat ta’ tħaddim.
Minbarra l-approċċ attwali, fil-valutazzjoni tal-impatt tqiesu l-għażliet li ġejjin: bidla fl-inklinazzjoni tal-kurva tal-linja ta’ valuri ta’ limitu, billi jintuża parametru ta’ utilità ieħor (eż. il-footprint) jew billi ma jintuża l-ebda parametru ta’ utilità (tnaqqis ugwali jew mira ugwali għall-manifatturi kollha).
L-għażla ppreferuta għat-tqassim tal-miri għall-flotta kollha tal-UE mifruxa fuq manifatturi individwali mill-2025 ’il quddiem, huwa li tintuża kurva ta’ valuri limitu, fejn il-miri għall-manifatturi speċifiċi jiddependu fuq il-massa tat-test WLTP medja tal-vetturi, u fejn l-inklinazzjoni(jiet) tal-kurva tiżgura/jiżguraw sforzi ta’ tnaqqis ekwivalenti fost il-manifatturi.
3)Inċentivi għaż-ZEV/LEV (definizzjonijiet u tipi ta’ inċentivi)
Il-valutazzjoni tal-impatt, bl-użu ta’ definizzjonijiet differenti għal vetturi b’emissjonijiet baxxi (LEV), qieset żewġ tipi differenti ta’ inċentivi speċifiċi għal ZEV/LEV:
·Mandat vinkolanti: Il-manifatturi kollha jkunu marbuta bl-istess proporzjon ta’ ZEV/LEV.
·Sistema ta’ kreditar: Dan l-inċentiv ikun iqis il-proporzjon ta’ ZEV/LEV li jkollu manifattur meta tkun qed tiġi stabbilita l-mira speċifika ta’ CO2 tiegħu. Jekk manifattur jeċċedi ċertu livell ta’ referenza ta’ ZEV/LEV, dan jiġi ppremjat billi jingħata mira ta’ CO2 inqas stretta.
Għal kull wieħed miż-żewġ tipi differenti tqiesu mandati/ livelli ta’ referenza differenti.
L-għażla ppreferuta fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ inċentiv LEV/ZEV hija sistema ta’ kreditar.
4)Elementi għal implimentazzjoni kosteffikaċi
Ġew ivvalutati elementi differenti li jippermettu l-implimentazzjoni kosteffikaċi. Dawn jinkludu miżuri diġà preżenti fir-Regolamenti attwali bħall-ekoinnovazzjoni, il-konsorzji u d-derogi. Barra minn hekk, tqiesu elementi ġodda bħalma huma l-kummerċ, kif ukoll it-tranżazzjonijiet bankarji u s-self.
L-għażla ppreferuta hija li jinżammu d-dispożizzjonijiet tal-ekoinnovazzjoni, filwaqt li l-ambitu jiġi estiż għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata u tiġi prevista reviżjoni tal-limitu ta’ 7g/km, li jinżammu d-dispożizzjonijiet dwar il-konsorzji, filwaqt li jiġi ċċarat kif il-manifatturi jistgħu jiffurmaw konsorzji miftuħa, li ma tiddaħħalx il-possibbiltà tal-kummerċ, u lanqas ta’ tranżazzjonijiet bankarji jew self ta’ krediti tas-CO2 u li titneħħa l-possibbiltà li l-manifatturi tal-karozzi jingħataw deroga abbażi ta’ “speċjalizzazzjoni”.
5)Il-governanza
L-effikaċja tal-miri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fir-realtà tiddependi minn kemm il-proċedura tat-test hija rappreżentattiva tas-sewqan f’kundizzjonijiet reali medji, minn naħa waħda, u min-naħa l-oħra fuq kemm il-vetturi li jitqiegħdu fis-suq huma konformi mal-vetturi ta’ referenza ttestjati għall-approvazzjoni tat-tip. F’dan il-kuntest, ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew wara inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, enfasizzat li l-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq huma kruċjali biex tinżamm sistema affidabbli u li ta’ min joqgħod fuqha.
F’dan l-isfond u f’konformità mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Mekkaniżmi għall-Parir Xjentifiku (SAM), tqiesu diversi għażliet. L-ewwel waħda kienet tinvolvi l-ġbir, il-pubblikazzjoni u l-monitoraġġ tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil fl-użu reali abbażi ta’ obbligu biex il-manifatturi jinstallaw “apparati standardizzati għall-kejl tal-konsum tal-fjuwil” f’vetturi ġodda permezz tal-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip. It-tieni waħda kienet marbuta ma’ kif il-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq titqies fir-rigward tal-konformità mal-produzzjoni u f’kontrolli ta’ konformità fis-servizz.
L-għażla ppreferuta hija li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tippermetti (i) il-ġbir, il-pubblikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ data dwar il-konsum tal-fjuwil fl-użu reali u jinħoloq l-obbligu li jiġu rrappurtati devjazzjonijiet marbuta mal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni u (ii) il-korrezzjoni tal-valuri rappurtati tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-każ li jiġu identifikati devjazzjonijiet permezz tas-sorveljanza mtejba tas-suq.
Referenza tas-Sommarju Eżekuttiv tal-Valutazzjoni tal-Impatt: SWD(2017)650
Referenza tal-opinjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju: SEG(2017)476
•Idoneità u simplifikazzjoni regolatorja
B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-proposta tħejjiet b’mod inklużiv, abbażi tat-trasparenza u l-involviment kontinwu mal-partijiet ikkonċernati.
Il-Valutazzjoni tal-Impatt analizzat ukoll kif tista’ tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u jitnaqqsu l-kostijiet amministrattivi mhux meħtieġa.
Il-manifatturi ta’ inqas minn 1 000 vettura b’reġistrazzjoni ġdida fis-sena, f’ħafna każi SMEs, jibqgħu eżenti milli jissodisfaw miri tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2. L-eżenzjonijiet de minimis inaqqsu l-kostijiet ta’ konformità u kostijiet amministrattivi għall-manifatturi żgħar. Jiffaċilitaw ukoll id-dħul fis-suq minn manifatturi ġodda filwaqt li ma jkollhomx impatti sinifikanti fuq it-tnaqqis kumplessiv ta’ CO2 tal-flotta kumplessiva tal-vetturi fl-UE kollha.
Barra minn hekk, il-proposta żżomm diversi elementi għall-implimentazzjoni kosteffikaċi bħall-ħolqien ta’ konsorzji li jnaqqsu l-kostijiet tal-konformità għall-manifatturi.
Is-sistema ta’ kreditar għall-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero ma toħloqx piż amministrattiv addizzjonali. It-tħassir tad-deroga għall-manifatturi speċjalizzati se tnaqqas il-piż amministrattiv.
Mhuwiex previst tibdil fir-reġim ta’ konformità u fil-livell ta’ penali. L-impatti tal-għażliet marbuta mal-governanza se jiddependu fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni konkreti.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-proposta ma teħtieġx riżorsi finanzjarji addizzjonali.
5.ELEMENTI OĦRAJN
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
Il-proposta tibni fuq il-proċedura ta’ rappurtar annwali u ta’ monitoraġġ li ġiet stabbilita skont ir-Regolamenti attwali. Biex tiġi vvalutata l-konformità tal-manifatturi mal-miri annwali tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom, kull sena, l-Istati Membri jirrapportaw id-data għall-karozzi u l-vannijiet ġodda kollha rreġistrati lill-Kummissjoni. Minbarra l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-massa fl-approvazzjoni tat-tip, jiġu mmonitorjati wkoll għadd ta’ entrati ta’ data oħra rilevanti, fosthom it-tip ta’ fjuwil u l-iffrankar ta’ emissjonijiet tas-CO2 mill-ekoinnovazzjonijiet.
Il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), kull sena tippubblika d-data tal-monitoraġġ tas-sena kalendarja preċedenti li tinkludi l-kalkoli tar-rendiment tal-manifatturi speċifiċi rigward is-CO2. Il-manifatturi għandhom l-opportunità li jinnotifikaw l-iżbalji fid-data proviżorja, kif ippreżentata mill-Istati Membri. Din is-sistema ta’ monitoraġġ matura tikkostitwixxi bażi importanti għall-monitoraġġ tal-impatti tal-leġiżlazzjoni.
Biex jissaħħu l-aspetti tal-governanza tas-sistema ta’ monitoraġġ, il-valutazzjoni tal-impatt qieset l-għażla li jitqies, għall-kontroll tal-konformità mill-manifatturi, jekk l-emissjonijiet tal-vetturi fl-użu jikkonformawx mal-valuri tas-CO2 fl-approvazzjoni tat-tip.
Flimkien mal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-valutazzjoni tal-impatt identifikat lista ta’ indikaturi ewlenin għall-monitoraġġ tal-għanijiet speċifiċi ta’ politika li suppost jinkisbu b’din il-proposta. Dawn huma kkumplimentati minn sett ta’ għanijiet u ta’ indikaturi operazzjonali.
•
Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Artikolu 1 - Suġġett u għanijiet
Dan l-Artikolu jispeċifika l-miri tas-CO2 għall-flotta kollha tal-UE, applikabbli għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ġodda mill-2020, l-2025 u l-2030. Ir-Regolament japplika mill-2020 biex jiżgura tranżizzjoni koerenti għal reġim ta’ miri ġodda li jibda mill-2025. Għalhekk jinkludi l-miri tas-CO2 għall-flotta kollha tal-UE li diġà ġew stabbiliti għall-2020 ta’ 95g/km (abbażi tan-NEDC) għall-karozzi tal-passiġġieri u 147g/km (abbażi tan-NEDC) għall-vetturi kummerċjali ħfief, kif ukoll miri ġodda għall-2025 u l-2030.
Mill-2021 ’il quddiem, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi se jkunu bbażati fuq il-proċedura l-ġdida tat-testjar tal-emissjonijiet, il-proċedura ta' test armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP). Għalhekk il-miri għall-flotta kollha kemm hi għall-2025 u l-2030, li huma bbażati fuq id-WLTP, huma espressi bħala tnaqqis f’punti perċentwali meta mqabbla mal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2021, determinati għal kull manifattur skont it-taqsima 4 tal-Anness I.
Artikolu 2 - Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Artikolu jiddefinixxi l-kategoriji ta’ vetturi li għalihom japplika dan ir-Regolament billi jirreferi għal-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip. Jiċċara wkoll li l-eżenzjoni de minimis applikabbli għall-manifatturi responsabbli għal inqas minn 1 000 reġistrazzjoni ġdida fis-sena ma tapplikax jekk manifattur eliġibbli għal din l-eżenzjoni madankollu japplika u jingħata deroga.
Artikolu 3 - Definizzjonijiet
Iddaħħlu definizzjonijiet ġodda għal “miri għall-flotta kollha tal-UE”, “vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero” u “massa tat-test”.
Artikolu 4 - Miri tal-emissjonijiet speċifiċi
Dan l-Artikolu jistabbilixxi obbligu ġenerali biex il-manifattur jiżgura li l-emissjonijiet medji ta’ CO2 tal-flotta ta’ vetturi ġodda reġistrati f’sena kalendarja ma jaqbżux il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi annwali tiegħu. Il-mira hija speċifika għall-manifattur u tiġi kkalkulata bħala funzjoni tal-mira applikabbli għall-flotta kollha tal-UE, tal-kurva ta’ valuri ta’ limitu, tal-massa medja tal-flotta tal-manifattur u tal-massa ta’ referenza (M0 jew TM0). Il-kalkolu tal-massa huwa bbażat fuq il-massa fi stat ta’ tħaddim sal-2024, inkluż. Mill-2025 ’il quddiem, jenħtieġ li minflok tintuża minflok, il-massa tat-test tal-vettura, li hija eqreb għall-massa reali tal-vettura kompluta. Il-formuli għall-kalkoli tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2020 sal-2030 huma stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness I. Il-kalkoli għall-miri applikabbli fl-2020 sal-2024 huma dawk li jinsabu fil-leġiżlazzjoni eżistenti.
Mill-2025 ’il quddiem, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi jenħtieġ li tiġi kkalkulata fid-dawl tal-proporzjon ta’ vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fil-flotta tal-manifattur. Għall-kalkolu ta’ dak is-sehem, il-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero jenħtieġ li jingħaddu abbażi tal-emissjonijiet differenzjati ta’ kull vettura. Jekk dak is-sehem jeċċedi l-punt ta’ riferiment għall-flotta kollha tal-UE, il-manifattur jibbenefika minn mira ogħla tal-emissjonijiet speċifiċi.
Fil-każ ta’ vetturi kummerċjali ħfief, issir distinzjoni fid-distribuzzjoni tal-isforzi bejn il-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief b’massa medja tat-test li tiżboq il-massa medja ta’ referenza (TM0) u dawk b’massa tat-test medja inqas minn TM0. Għall-ewwel grupp, l-inklinazzjoni tal-kurva ta’ valuri ta’ limitu tinżamm kostanti maż-żmien, filwaqt li fil-każ tal-aħħar jintuża l-istess approċċ bħal fil-każ tal-karozzi tal-passiġġieri, jiġifieri l-inklinazzjoni tiġi mmodifikata skont il-mira għall-flotta kollha tal-UE.
Artikolu 5 - Super krediti għall-mira ta’ 95 g CO2/km għall-karozzi
Din id-dispożizzjoni ma tinbidilx u tapplika sal-2022, inkluża.
Artikolu 6 - Konsorzji
Id-dispożizzjonijiet dwar il-konsorzji għal impriżi konnessi u manifatturi indipendenti ma jinbidlux. Madankollu, iddaħħlet awtorizzazzjoni għall-Kummissjoni biex jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet għall-arranġamenti tal-konsorzji bejn il-manifatturi indipendenti, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli tal-kompetizzjoni.
Artikolu 7 - Monitoraġġ u rappurtar
Id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-monitoraġġ tad-data dwar is-CO2 mill-Istati Membri jibqgħu l-istess. Madankollu, issaħħaħ l-obbligu fuq l-Istati Membri biex jiżguraw data ta’ kwalità għolja u biex dawn jikkooperaw mal-Kummissjoni.
Żdied mekkaniżmu biex, għall-finijiet tal-monitoraġġ, jitqiesu d-devjazzjonijiet fl-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vetturi waqt l-użu, meta mqabbla mal-valuri fl-approvazzjoni tat-tip. Dan il-mekkaniżmu jibni fuq il-proposta li tiddaħħal proċedura għall-kontrolli ta’ konformità fis-servizz mal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jenħtieġ li jirrappurtaw kwalunkwe devjazzjoni misjuba u l-Kummissjoni jenħtieġ li tqishom hija u tivverifika l-konformità tal-manifatturi mal-miri tagħhom. Id-dispożizzjoni tinkludi awtorizzazzjoni biex il-Kummissjoni tipprovdi d-dettalji għal tali proċedura permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.
Artikolu 8 - Primjum għall-emissjonijiet eċċessivi
Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-formula għall-kalkolu tal-penali finanzjarji jekk manifattur jeċċedi l-mira tiegħu. Il-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi jinżamm mir-Regolamenti eżistenti, jiġifieri 95 euro/g CO2/km.
Artikolu 9 - Il-pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi
L-Artikolu jelenka l-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha tippubblika fir-rigward tal-konformità annwali fil-mira tal-manifatturi (jiġifieri d-deċiżjoni ta’ monitoraġġ annwali). Il-massa tat-test iddaħħlet bħala parametru ta’ data li jrid jiġi ppubblikat, peress li se jintuża bħala parametru ta’ utilità mill-2025 ’il quddiem.
Artikolu 10 - Deroga speċjali għal ċerti manifatturi
Tinżamm il-possibbiltà li ċerti manifatturi ta’ volumi żgħar (jiġifieri dawk responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000 reġistrazzjoni ġdida għall-karozzi u 1 000 sa 22 000 reġistrazzjoni għall-vannijiet) japplikaw għal deroga mill-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom.
Madankollu, għall-manifatturi speċjalizzati tal-karozzi, jiġifieri dawk responsabbli għal bejn 10,000 u 300,000 vettura ġdida rreġistrata, il-possibbiltà li jibbenefikaw minn deroga mill-mira ta’ 95g CO2/km, tinżamm. Għaldaqstant, mill-2025, dan il-grupp ta’ manifatturi jkollu jissodisfa miri tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulati skont l-Anness I.
Artikolu 11 - Ekoinnovazzjoni
Il-manifatturi jistgħu jibqgħu jibbenefikaw minn emissjonijiet medji aktar baxxi billi jattrezzaw il-vetturi tagħhom b’ekoinnovazzjonijiet approvati skont dan l-Artikolu. Biex jitqies it-tibdil fl-iffrankar mill-ekoinnovazzjoni li jista’ jokkorri b’riżultat ta’ tibdil fil-proċedura tat-test regolatorju, iddaħħlet awtorizzazzjoni għall-Kummissjoni biex din taġġusta l-limitu massimu ta’ 7 g CO2/km fuq l-iffrankar tas-CO2 li manifattur jista’ jqis biex inaqqas l-emissjonijiet medji tiegħu. Din l-awtorizzazzjoni jenħtieġ li tapplika mill-2025 ’il quddiem.
Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-inklużjoni bħala ekoinnovazzjoni jibqgħu ma jinbidlux sal-2024, inkluża. Mill-2025 ’il quddiem, it-tneħħija tar-referenza għall-approċċ integrat tippermetti li tagħmir mobbli għall-arja kkundizzjonata jkun eliġibbli bħala ekoinnovazzjoni.
Artikolu 12 - Emissjonijiet tas-CO2 u konsum tal-enerġija fl-użu reali
Dan l-Artikolu jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex timmonitorja u tivvaluta kemm hija rappreżentattiva tal-użu reali l-proċedura tat-test tal-WLTP u biex tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif din tevolvi maż-żmien.
Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li titlob data tal-użu reali tinġabar u tiġi rrapurtata mill-Istati Membri u l-manifatturi.
Artikolu 13 - Aġġustamenti ta’ M0 u TM0
L-isforz tat-tnaqqis tas- CO2 huwa mqassam fost il-manifatturi abbażi tal-massa medja tal-flotta tal-vetturi matul ċertu perjodu. Dak il-valur ta’ referenza huwa espress bħala M0 jew TM0 skont jekk tintużax il-massa fi stat ta’ tħaddim (M) inkella l-massa tat-test tal-vettura (TM). Id-dispożizzjoni tiċċara l-proċess biex jiġi aġġustat il-valur tal-massa ta’ referenza biex jiġi żgurat li l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi jibqgħu jirriflettu l-mira tal-flotta kollha tal-UE. Mill-2025, il-frekwenza ta’ dawk l-aġġustamenti jenħtieġ li tiżdied minn kull tliet snin għal kull sentejn. L-aġġustament aktar frekwenti jippermetti tibdilet fil-massa medja tat-test u li jitqiesu aktar kmieni l-effetti tagħhom fuq il-pożizzjonament tal-manifatturi rigward il-kurva ta’ valuri ta’ limitu.
Artikolu 14 - Reviżjoni u Rapport
Dan l-Artikolu jinkludi rekwiżit biex il-Kummissjoni tipprovdi rapport fuq l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament, flimkien ma’ proposta, fejn xieraq. Huwa propost li r-rapport jitressaq fl-2024 biex ikun allinjat mad-dispożizzjonijiet ta’ reviżjoni u rappurtar proposti skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u d-Direttiva dwar l-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet.
L-Artikolu jżomm ukoll dispożizzjonijiet dwar ir-rieżami tal-proċedura tat-test tal-approvazzjoni tat-tip kif ukoll l-għoti tas-setgħat biex jitqies it-tibdil fil-proċedura tat-test regolatorju.
Artikoli 15 u 16 - Il-Komitoloġija u d-delega tas-setgħat
Dawn huma dispożizzjonijiet standard dwar il-proċedura tal-kumitat u d-delega tas-setgħat.
Artikolu 17 - Emenda għar-Regolament (KE) Nru 715/2007
Din l-emenda hija mmirata lejn l-introduzzjoni ta’ bażi ġuridika fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 (Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip rigward l-emissjonijiet Euro 5/6) biex il-Kummissjoni tistabbilixxi proċedura għall-verifika tal-konformità tal-emissjonijiet tas-CO2 waqt it-tħaddim. Din il-proċedura hija indispensabbli għal sorveljanza effikaċi tas-suq tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip u l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 li jintużaw għall-finijiet ta’ konformità mal-valuri fil-mira.
Artikoli 18 u 19 - Tħassir u dħul fis-seħħ
Ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020. Id-dħul fis-seħħ jenħtieġ li jseħħ fi żmien 20 jum mill-pubblikazzjoni tal-att.
Annessi I sa V
L-Anness I: jistabbilixxi l-formuli għall-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi li jenħtieġ li jintlaħqu mill-emissjonijiet medji tal-flotot tal-manifatturi ta’ vetturi ġodda rreġistrati. Il-Parti A tkopri l-karozzi tal-passiġġieri, filwaqt li Parti B tkopri vetturi kummerċjali ħfief.
L-Annessi II u III: Dawn l-Annessi jistabbilixxu l-parametri tad-data tal-monitoraġġ li huma meħtieġa għall-kalkolu tal-miri u għall-kontroll tal-konformità mal-miri. L-Anness III, li jkopri l-vetturi kummerċjali ħfief, jagħmel ukoll referenza għall-ħtieġa li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ vetturi li jingħataw l-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji.
L-Anness IV: Dan l-Anness jelenka l-atti ġuridiċi koperti mir-riformulazzjoni, jiġifieri ż-żewġ Regolamenti bażiċi (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 bl-atti emendatorji rispettivi tagħhom.
L-Anness V: It-tabella ta’ korrelazzjoni
510/2011 (adattat)
ġdid
2017/0293 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva ,
Billi:
ġdid
(1)Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ġew emendati sostanzjalment diversi drabi. Peress li se jkun hemm aktar emendi, jenħtieġ li dawk ir-Regolamenti jiġu riformulati għal iktar ċarezza.
(2)Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2020 biex jipprovdi tranżizzjoni koerenti u effiċjenti wara r-riformulazzjoni u t-tħassir tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011. Madankollu huwa xieraq li l-istandards tar-rendiment tas-CO2 u l-modalitajiet biex jintlaħqu kif stabbilit f’dawk ir-Regolamenti jinżammu mingħajr tibdil sal-2024.
443/2009 premessa 1
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fil-Komunità, għan li jifforma parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern.
510/2011 premessa 1 (adattat)
Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE
, tfittex li tistabbilizza l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet b’effett serra fl-atmosfera għal livell li jipprevjeni l-interferenza antropoġenika perikoluża fis-sistema tal-klima. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, iż-żieda globali annwali fit-temperatura medja tal-wiċċ m’għandhiex taqbeż il-livelli pre-industrijali b’aktar minn 2 ° Celsius. Ir-raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Esperti Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) juri li sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra għandhom jilħqu l-ogħla livelli tagħhom sas-sena 2020. Waqt il-laqgħa tiegħu tat-8-9 ta’ Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew impenja ruħu bis-sħiħ li jnaqqas l-emissjonijiet ġenerali tal-gassijiet b’ effett serra fil-Komunità b’mill-inqas 20 % sas-sena 2020 meta mqabbla mal-emissjonijiet tal-1990 u bi 30 % dejjem jekk ikun hemm pajjiżi żviluppati oħrajn li jimpenjaw ruħhom fit-tnaqqis tal-emissjonijiet komparabbli u sakemm il-pajjiżi li ekonomikament huma l-aktar avvanzati fost dawk li qegħdin jiżviluppaw jimpenjaw ruħhom li jikkontribwixxu b’mod adegwat skont il-ħiliet rispettivi tagħhom.
ġdid
(3)L-Istrateġija Ewropea għall-Mobbiltà b’Emissjonijiet baxxi tistabbilixxi ambizzjoni ċara: sa nofs is-seklu, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport jeħtieġ li jonqsu b'60 % mil-livelli tal-1990 u jkunu fit-triq it-tajba biex jinżlu għal żero. L-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja prodotti mit-trasport li huma ta' dannu għas-saħħa tagħna jenħtieġ li jitnaqqsu b'mod drastiku bla dewmien. L-emissjonijiet mill-magni tal-kombustjoni konvenzjonali jeħtieġ li jkomplu jitnaqqsu wara l-2020. Il-vetturi b’livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero jeħtieġ li jidħlu u jżidu s-sehem tagħhom fis-suq sal-2030.
(4)Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni “L-Ewropa Attiva” u “Inwettqu politika tal-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tiddefendi l-industrija tagħha u tal-ħaddiema” jenfasizzaw li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief huma impetu qawwi għall-innovazzjoni u l-effiċjenza u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija awtomobilistika u jwittu t-triq għall-vetturi b’livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero b’mod teknoloġikament newtrali.
(5)Dan ir-Regolament jipprovdi mogħdija ċara lejn it-tnaqqis sal-2030 tal-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq u jikkontribwixxi għall-mira vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-ekonomija kollha ta’ mhux inqas minn 40 % meta mqabbla mal-1990, kif kien ġie appoġġat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta’ Ottubru 2014 u approvat bħala l-Kontribuzzjoni Maħsuba tal-Unjoni Determinata fil-Livell Nazzjonali skont il-Ftehim ta’ Pariġi fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ambjent fis-6 ta’ Marzu 2015.
(6)Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2014 appoġġaw tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra bi 30 % sal-2030 meta mqabbla mal-2005 għas-setturi li mhumiex parti mis-sistema tal-Unjoni Ewropea għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet. It-trasport bit-triq jipprovdi kontribut kbir għall-emissjonijiet f’dawk is-setturi u l-emissjonijiet tiegħu għadhom ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet mit-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, se jpattu għat-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.
(7)Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2014 enfasizzaw l-importanza li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-riskji marbuta mad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fis-settur tat-trasport permezz ta’ approċċ komprensiv u teknoloġikament newtrali għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fit-trasport, għat-trasport elettriku u għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport anke wara l-2020.
(8)Il-kontribut tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-moderazzjoni tad-domanda huwa waħda mill-ħames dimensjonijiet relatati mill-qrib u li jsaħħu lil xulxin tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, adottata fil-25 ta’ Frar 2015, biex il-konsumaturi fl-Unjoni jingħataw enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u għall-but ta’ kulħadd. L-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija tgħid li, filwaqt li s-setturi ekonomiċi kollha jridu jieħdu passi biex iżidu l-effiċjenza tal-konsum tagħhom tal-enerġija, it-trasport għandu potenzjal kbir tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, li jista’ jintlaħaq ukoll permezz ta’ ffokar kontinwu fuq l-issikkar tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief fil-perspettiva tal-2030.
(9)Evalwazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 fl-2015 ikkonkludiet li dawk ir-Regolamenti kienu rilevanti, ġeneralment koerenti u ġġeneraw iffrankar sinifikanti fl-emissjonijiet, filwaqt li kienu aktar kosteffikaċi milli kien antiċipat oriġinarjament. Iġġeneraw ukoll valur miżjud sinifikanti għall-Unjoni li ma setax jinkiseb daqstant permezz ta’ miżuri nazzjonali.
(10)Għalhekk huwa xieraq li l-għanijiet ta’ dawk ir-Regolamenti jkomplu jissegwew bl-istabbiliment ta’ miri ġodda għat-tnaqqis tas-CO2 għall-flotta kollha ta’ karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief għall-UE kollha sal-2030. Fid-definizzjoni tal-livelli ta’ tnaqqis, tqieset l-effikaċja tagħhom fit-twassil ta’ kontribut kosteffikaċi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi koperti mir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi [.../...] sal-2030, il-kostijiet u l-iffrankar li jirriżultaw għas-soċjetà, għall-manifatturi u għall-utenti tal-vetturi, kif ukoll l-implikazzjonijiet diretti u indiretti tagħhom għall-impjiegi, għall-kompetittività u l-innovazzjoni u l-kobenefiċċji ġġenerati f’termini ta’ tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u sigurtà tal-enerġija.
(11)Proċedura ġdida tat-test għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi ħfief kif ukoll tal-konsum tal-fjuwil tagħhom, il-Proċedura tat-Testjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP), stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 , daħlet fis-seħħ fl-2017. Din il-proċedura tat-test il-ġdida se tipprovdi valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li jkunu aktar rappreżentattivi tal-kundizzjonijiet fl-użu reali. Huwa għalhekk xieraq li l-miri l-ġodda tal-emissjonijiet tas-CO2 jkunu bbażati fuq l-emissjonijiet tas-CO2 ddeterminati abbażi tal-proċedura tat-test. Jekk madankollu jitqies li l-emissjonijiet tas-CO2 abbażi tal-WLTP se jkunu disponibbli għall-finijiet tal-konformità mal-miri mill-2021 ’il quddiem, huwa xieraq li l-istandards ta’ rendiment ġodda għall-emissjonijiet jiġu definiti bħala livelli ta’ tnaqqis stabbiliti f’paragun mal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, li jkunu applikabbli f’dik is-sena.
443/2009 premessa 2 (adattat)
Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li ġiet approvata f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993
, tesiġi li l-partijiet kollha jifformulaw u jimplimentaw programmi nazzjonali, u fejn xieraq reġjonali, li fihom miżuri li jimmitigaw it-tibdil tal-klima. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni f’Jannar 2007 pproponiet li, fil-kuntest tan-negozjati internazzjonali, l-Unjoni Ewropea għandha ssegwi l-għan ta' tnaqqis ta' 30 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-pajjiżi żviluppati sal-2020 (meta mqabbel mal-livelli tal-1990) u li l-Unjoni stess għandha tieħu impenn indipendenti sod biex tilħaq tnaqqis ta' mhux inqas minn 20 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet b’effett ta' serra sal-2020 (meta mqabbel mal-livelli tal-1990), irrispettivament mit-tnaqqis miksub minn pajjiżi żviluppati oħra. Dan l-għan kien approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
443/2009 premessa 3
Waħda mill-implikazzjoni ta’ dawk l-impenji hija li l-Istati Membri kollha se jkollhom inaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet mill-karozzi tal-passiġġieri. Għandhom jiġu implimentati politiki u miżuri fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell tal-Komunità fis-setturi kollha tal-ekonomija Komunitarja, u mhux biss fis-setturi tal-industrija u tal-enerġija, sabiex jiġi ġġenerat it-tnaqqis sostanzjali meħtieġ fl-emissjonijiet. It-trasport bit-triq huwa t-tieni l-akbar settur f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni, u l-emissjonijiet minn dan is-settur qed ikomplu jiżdiedu. Jekk l-impatt tat-trasport bit-triq fuq it-tibdil tal-klima jkompli jiżdied, se jhedded b'mod sinifikanti it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.
510/2011 premessa 3
Il-politika u l-miżuri għandhom jiġu implimentati fil-livell tal-Istati Membri u tal-Komunità fis-setturi kollha tal-ekonomija tal-Unjoni, u mhux biss fis-setturi tal-industrija u l-enerġija, bil-għan li jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ fl-emissjonijiet. Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (
) tipprevedi għal tnaqqis medju ta’ 10 % meta mqabbel mal-livelli tal-2005 fis-setturi li mhumiex koperti mill-Iskema ta’ Negozjar għall-Emissjonijiet tal-UE, stabbilita mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (
), inkluż it-trasport bit-triq. It-trasport bit-triq huwa t-tieni l-akbar settur f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra fl-Unjoni, u l-emissjonijiet minn dan, inklużi dawk minn vetturi kummerċjali ħfief, qegħdin ikomplu jiżdiedu. Jekk l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq ikomplu jiżdiedu, dawn sejrin jheddu b’mod sinifikanti t-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.
443/2009 premessa 4
Il-miri Komunitarji għall-karozzi tal-passiġġieri jipprovdu lill-manifatturi b’aktar ċertezza fl-ippjanar u aktar flessibbiltà biex jilħqu r-rekwiżiti għat-tnaqqis ta’ CO2 milli kieku permezz ta’ miri nazzjonali separati tat-tnaqqis. Fl-istabbiliment ta’ standards ta' prestazzjoni għall-emissjonijiet huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għas-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozju u l-benefiċċji li jakkumulaw f’dak li jirrigwarda l-istimulazzjoni tal-innovazzjoni u t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija.
443/2009 premessa 5 (adattat)
(12)Dan ir-Regolament jibni fuq il-proċess stabbilit ferm ta' tkejjil u monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi reġistrati fil-Komunità taħt id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 2000 li tistabbilixxi skema biex timmonitorja l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda
. Huwa importanti li d-determinazzjoni ta’ rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijet ta’ CO2 tibqa’ tipprovdi prevedibbiltà u sigurtà tal-ippjanar fil-Komunità fl-Unjoni kollha għall-manifatturi tal-vetturi fil-flotot/flotta kollha tal- karozzi u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tagħhom fil-Komunità fl-Unjoni .
510/2011 premessa 5
Sabiex tittejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-karozzi Ewropea, skemi ta’ inċentivi bħall-kumpens għall-innovazzjonijiet ekoloġiċi u l-għoti ta’ superkrediti għandhom jintużaw.
ġdid
(13)Il-livelli ta’ tnaqqis għall-flotot tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni kollha għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perjodu ta’ żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vettura u l-ħtieġa biex is-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-2030. Dan l-approċċ fi stadji jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija awtomobilistika biex ma tittardjax fl-introduzzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero.
(14)Filwaqt li l-Unjoni hija fost l-akbar manifatturi ewlenin ta’ vetturi motorizzati fid-dinja u qiegħda minn ta’ quddiem fit-tmexxija teknoloġika f’dan is-settur, il-kompetizzjoni qiegħda tiżdied u s-settur awtomobilistiku globali qiegħed jinbidel malajr permezz ta’ innovazzjonijiet ġodda f’sistemi ta’ motopropulsjoni elettrifikati kif ukoll fil-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata. Biex iżżomm il-kompetittività globali tagħha kif ukoll l-aċċess għas-swieq, l-Unjoni teħtieġ qafas regolatorju li jinkludi inċentiv partikolari fil-qasam ta’ vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, li joħloq suq domestiku kbir u li jappoġġa l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni.
(15)Jenħtieġ li jiddaħħal mekkaniżmu ta’ inċentiv dedikat biex jiffaċilita tranżizzjoni bla intoppi lejn mobilità b’emissjonijiet żero. Dan il-mekkaniżmu ta’ kreditu jenħtieġ li jiġi ddiżinjat b’tali mod li jippromwovi l-iżvilupp tal-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni.
(16)L-istabbiliment ta’ punt ta’ riferiment għas-sehem ta’ vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fil-flotta tal-UE, flimkien ma’ mekkaniżmu ddiżinjat tajjeb għall-aġġustament tal-mira tas-CO2 speċifika għall-manifattur, abbażi tas-sehem ta’ vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero li jkollu manifattur fil-flotta tiegħu, huma maħsuba li jipprovdu sinjal b'saħħtu u kredibbli għall-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ vetturi bħal dawn filwaqt li jippermetti t-titjib tal-effiċjenza tal-magni b’kombusjoni interna konvenzjonali.
(17)Fid-determinazzjoni tal-krediti għall-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, huwa xieraq li titqies id-differenza fl-emissjonijiet tas-CO2 bejn il-vetturi. Il-mekkaniżmu ta’ aġġustament jenħtieġ li jiżgura li manifattur li jaqbeż il-livell ta’ referenza jkun jibbenefika minn mira speċifika ogħla ta’ emissjonijiet tas-CO2. Biex jiġi żgurat approċċ ibbilanċjat, jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti għal-livell ta’ aġġustament possibbli fi ħdan dak il-mekkaniżmu. Dan ikun jipprevedi ċerti inċentivi u b’hekk iħeġġeġ l-introduzzjoni f’waqtha tal-infrastruttura għaċ-ċarġjar u tal-fjuwil u jrendi benefiċċji kbar għall-konsumaturi, għall-kompetittività u għall-ambjent.
443/2009 premessa 6 (adattat)
Il-Kummissjoni adottat Strateġija Komunitarja biex jitnaqqsu l-emissjonijet ta’ CO2 mill-karozzi fl-1995. L-istrateġija kienet ibbażata fuq tliet prinċipji: impenji volontarji mill-industrija tal-karozzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, titjib fl-informazzjoni lill-konsumaturi u t-trawwim ta' karozzi effiċjenti mil-lat tal-karburant permezz ta' miżuri fiskali.
443/2009 premessa 7 (adattat)
Fl-1998, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Karozzi (ACEA) daħlet f'impenn għat-tnaqqis fil-medja tal-emissjonijiet mill-karozzi l-ġodda mibjugħa għal 140 g ta' CO2/km sal-2008 u, fl-1999, l-Assoċjazzjoni ta' Manifatturi tal-Karozzi Ġappuniżi (JAMA) u l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi tal-Karozzi Koreani (KAMA) daħlu f'impenn li jnaqqsu l-medja tal-emissjonijiet mill-karozzi l-ġodda mibjugħa għal 140 g CO2/km sal-2009. Dawn l-impenji ġew rikonoxxuti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 1999/125/KE tal-5 ta' Frar 1999 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri
(ACEA), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2000/303/KE tat-13 ta’ April 2000 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri (KAMA)
u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2000/304/KE tat-13 ta’ April 2000 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri (JAMA)
.
443/2009 premessa 8 (adattat)
Fis- 7 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni adottat żewġ Komunikazzjonijiet paralleli: komunikazzjoni dwar ir-riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief u Komunikazzjoni dwar Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21 (CARS21). Il-Komunikazzjonijiet enfasizzaw li filwaqt li sar progress lejn il-ksib tal-mira ta' 140 g CO2/km sal-2008/2009, il-mira Komunitarja ta' medja ta' 120 g emissjonijiet ta' CO2/km ma kenitx se tintlaħaq sal-2012jekk ma jittiħdux miżuri addizzjonali.
510/2011 premessa 8 (adattat)
Id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-għan li jikkonċerna emissjonijiet minn vetturi kummerċjali ħfief għandhom ikunu konsistenti mal-qafas leġiżlattiv għall-implimentazzjoni tal-għanijiet li jikkonċernaw emissjonijiet mill-flotta ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (
).
443/2009 premessa 9 (adattat)
Il-Komunikazzjonijiet ipproponew approċċ integrat sabiex tintlaħaq il-mira Komunitarja ta' 120g CO2/km sal-2012 u ħabbru li l-Kummissjoni kienet se tipproponi qafas leġiżlattiv biex tilħaq l-għan Komunitarju billi tiffoka fuq it-tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta’ CO2. B'hekk tintlaħaq il-mira ta' 130 g CO2/km għall-medja tal-flotta ta' karozzi ġodda permezz ta' titjib fit-teknoloġija ta’ vetturi motorizzati. B’konsistenza mal-approċċ taħt l-impenji volontarji adottati mill-manifatturi, dan ikopri dawk l-elementi li jitqiesu fil-kejl tal-emissjonijiiet ta’ CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi
. Tnaqqis ulterjuri ta’ 10 g CO2/km, jew ekwivalenti jekk teknikament meħtieġ, se jirriżulta minn titjib teknoloġiku ieħor u minn użu akbar tal-bijokarburanti sostenibbli.
443/2009 premessa 10 (adattat)
(18)Il-qafas leġiżlattiv għall-implimentazzjoni tal-mira għall-medja tal-flotta ta' karozzi u ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda jenħtieġ li jassigura miri ta' tnaqqis sostenibbli li huma kompetittivament newtrali u soċjalment ġusti li jkunu ġusti għad-diversità tal-manifatturi tal-karozzi Ewropej u jevitaw kwalunkwe distorzjoni mhux ġustifikata tal-kompetizzjoni bejniethom. Il-qafas leġiżlattiv għandu jkun kompatibbli mal-għan globali, jiġifieri li jintlaħqu l-miri Komunitarji rigward Kjoto, u għandu jiġi appoġġat minn strumenti oħra aktar relatati mal-użu bħad-differenzjazzjoni tat-taxxi fuq il-karozzi u fuq l-enerġija.
443/2009 premessa 11
Għandu jiġi żgurat finanzjament adegwat fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta' teknoloġiji maħsuba għat-tnaqqis b'mod radikali tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi tat-triq.
443/2009 premessa 12 (adattat)
ġdid
(19)Sabiex tinżamm id-diversità tas-suq tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief u l-kapaċità tiegħu li jindirizza ħtiġijiet ta' konsumaturi diversi, il-miri ta’ CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri jenħtieġ li jkunu ddefiniti abbażi tal-utilità tal-karozzi vetturi fuq bażi lineari. Iż-żamma tal-massa bħala parametru ta’ utilità titqies bħala koerenti mar-reġim eżistenti. Biex il-massa tal-vetturi kif jintużaw fit-triq tiġi riflessa b’mod aħjar, il-parametru jenħtieġ li jinbidel minn massa fi stat ta’ tħaddim għall-massa tat-test tal-vettura kif speċifikat fir-Regolament (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017, b’effett mill-2025. Barra minn hekk, id-data dwar il-massa hija aktar faċilment disponibbli. Id-data dwar parametri ta' utilità alternattivi bħad-“daqs tal-footprint” (wisa' bejn rota u oħra mmoltiplikat bejn it-tul bejn rota u oħra) għandha tinġabar sabiex jiġu faċilitati evalwazzjonijiet aktar fit-tul tal-approċċ ibbażat fuq l-utilità. Sal-2014, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-disponibbiltà tad-data u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tadatta l-parametru tal-utilità.
ġdid
(20)Jenħtieġ li jiġi evitat li l-miri għall-flotta kollha tal-UE jinbidlu minħabba tibdiliet fil-massa medja tal-flotta. It-tibdil fil-massa medja għalhekk jenħtieġ li jiġi rifless mingħajr dewmien fil-kalkoli tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, u li l-aġġustamenti li jintużaw għall-valur tal-massa medja għal dan l-għan għalhekk jenħtieġ li jsiru kull sentejn mill-2025 ’il quddiem.
(21)Biex l-isforz fit-tnaqqis tal-emissjonijiet jitqassam b’mod li huwa kompetittivament newtrali u ġust u li jirrifletti d-diversità tas-suq għall-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief, u fid-dawl tal-bidla fil-miri tal-emissjonijiet speċifiċi abbażi tal-WLTP fl-2021, huwa xieraq li tiġi determinata l-inklinazzjoni tal-kurva tal-valuri ta’ limitu abbażi tal-emissjonijiet speċifiċi tal-vetturi ġodda rreġistrati kollha f’dik is-sena, u li titqies il-bidla fil-miri għall-flotta kollha tal-UE bejn l-2021, l-2025 u l-2030 bil-għan li jiġi żgurat sforz ta’ tnaqqis ugwali għall-manifatturi kollha. Fir-rigward ta’ vetturi kummerċjali ħfief, għall-manifatturi tal-vannijiet eħfef, idderivati mill-karozzi, jenħtieġ li japplika l-istess approċċ bħal fil-każ tal-manifatturi tal-karozzi, filwaqt li għall-manifatturi ta’ vetturi f’oqsma itqal, jenħtieġ li tiġi stabbilita inklinazzjoni ogħla u fissa għall-perjodu ta’ mira kollu.
443/2009 premessa 13 (adattat)
ġdid
(22)L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jinħolqu inċentivi biex l-industrija tal-karozzi awtomobilistika tinvesti f’teknoloġiji ġodda. Dan ir-Regolament jippromwovi attivament l-eko-innovazzjoni u jipprovdi mekkaniżmu li huwa għandu jkun kapaċi jagħraf jieħu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni. L-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ propulsjoni innovattiva għandu jitħeġġeġ b’mod partikolari, billi dawn jirriżultaw f'emissjonijiet aktar baxxi b’mod sinifikanti, meta mqabbla mal-karozzi tradizzjonali tal-passiġġieri. B’dan il-mod, il-kompetittività fuq żmien twil tal-Industrija Ewropea titħeġġeġ u jinħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità għolja. Il-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li tinkludi miżuri ta’ eko-innovazzjoni fir-reviżjoni tal-proċeduri tal-ittestjar konformement mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, filwaqt li tqis l-impatti tekniċi u ekonomiċi ta' tali inklużjoni. L-esperjenza wriet li l-ekoinnovazzjoni tal-kontribut b’suċċess għall-kosteffikaċja tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali. Din il-modalità għalhekk jenħtieġ li tinżamm u l-kamp ta’ applikazzjoni jenħtieġ li jiġi estiż bħala inċentiv għat-titjib fl-effiċjenza tas-sistemi tal-arja kundizzjonata.
510/2011 premessa 12
Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta’ tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda (
) diġà jeżiġi li letteratura promozzjonali għall-karozzi tipprovdi lill-utent finali bid-data uffiċjali tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum uffiċjali tal-karburant tal-vettura. Il-Kummissjoni, fir-Rakkomandazzjoni 2003/217/KE tas-26 ta’ Marzu 2003 dwar l-applikazzjoni għal mezzi oħra tax-xandir tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/94/KE dwar il-letteratura promozzjonali (
), interpretat dan bħala l-inklużjoni tar-reklamar. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 1999/94/KE għandu għalhekk jitwessa’ għall-vetturi kummerċjali ħfief, biex jiġi rikjest li r-riklamar għal kull vettura kummerċjali ħafifa jagħti lill-utenti aħħarin id-data uffiċjali dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum uffiċjali tal-karburant tal-vettura meta tkun żvelata informazzjoni dwar l-enerġija jew il-prezzijiet, sa mhux aktar tard mill-2014.
ġdid
(23)Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat bilanċ bejn l-inċentivi li jingħataw għall-ekoinnovazzjonijiet u dawk it-teknoloġiji li għalihom intwera effett ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet fil-proċedura tat-test uffiċjali. B’konsegwenza, huwa xieraq li jinżamm limitu fuq l-iffrankar mill-ekoinnovazzjonijiet li manifattur jista’ jqis għall-finijiet ta’ konformità mal-miri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà tirrevedi l-livell ta’ limitu, biex b’mod partikolari, tqis l-effetti tal-bidla fil-proċedura tat-test uffiċjali. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat kif jenħtieġ li jiġi kkalkulat l-iffrankar għall-finijiet tal-konformità mal-miri.
443/2009 premessa 14
Bl-għarfien tal-ispejjeż għoljin ħafna għar-riċerka u l-iżvilupp u għall-produzzjoni għal kull unità ta’ ġenerazzjonijiet bikrija ta’ teknoloġiji tal-vetturi b’emissjonijiet baxxi ħafna tal-karbonju biex jiġu introdotti fis-suq wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, dan ir-Regolament jimmira li jaċċelera u jiffaċilita, fuq bażi interim, il-proċess tal-introduzzjoni fis-suq Komunitarju ta' vetturi b’emissjonijiet tal-karbonju baxxi ferm fl-istadji bikrija tal-kummerċjalizzazzjoni.
443/2009 premessa 15 (adattat)
L-użu ta’ ċerti karburanti alternattivi jista’ joffri tnaqqis sinifikanti ta’ CO2 mill-estrazzjoni sal-użu. Għalhekk dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi bil-għan li jippromwovu t-tqegħid ta’ ċerti vetturi b'karburant alternattiv fis-suq Komunitarju.
510/2011 premessa 15
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012 u bl-għan li jittejjeb il-ġbir ta’ data dwar u l-kejl tal-konsum tal-karburant, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk temendax il-leġislazzjoni rilevanti sabiex jiġi inkluż obbligu għall-manifatturi li jitolbu l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi tal-kategorija N 1 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (
) li jinkludu f’kull vettura strument li juri l-konsum tal-karburant.
443/2009 premessa 16
Għall-konsistenza mal-approċċ adottat fil-kuntest tal-istrateġija tal-Kummissjoni rigward is-CO2 u l-karozzi, b'mod partikolari fir-rigward tal-impenji li għamlu l-assoċjazzjonijiet tal-manifatturi, il-mira għandha tiġi applikata għal karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fil-Komunità għall-ewwel darba u li qatt ma kienu reġistrati barra l-Komunità, ħlief għal perjodu limitat sabiex jiġu evitati l-abbużi.
510/2011 premessa 16
Sabiex tiġi żgurata konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u jiġu evitati l-abbużi, il-mira għandha tiġi applikata għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma jkunux ġew irreġistrati qabel barra mill-Unjoni għajr għal perijodu limitat.
510/2011 premessa 17
(24)Id-Direttiva 2007/46/KE tistabbilixxi qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi ġodda kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. L-entità responsabbli għall-konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tkun l-istess bħall-entità responsabbli għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 2007/46/KE u sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni.
443/2009 premessa 18
(25)Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, japplikaw rekwiżiti speċifiċi għal vetturi għal użi speċjali, kif ġie definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, u għalhekk huma għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-vetturi li huma klassifikati bħala kategorija M1 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li huma mibnija speċifikament għal għanijiet kummerċjali biex jakkomodaw l-użu tas-siġġu tar-roti ġol-vettura u li jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ vetturi għal għanijiet speċjali fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom ukoll jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament konformement mal-politika tal-Komunità favur l-għajnuna lill-persuni b'diżabbiltà.
510/2011 premessa 18 (adattat)
Il-manifatturi għandu jkollhom il-flessibbiltà biex jiddeċiedu kif ser jilħqu l-miri tagħhom skont dan ir-Regolament u għandhom jitħallew iqassmu l-emissjonijiet fuq il-flotta ġdida ta’ vetturi tagħhom aktar milli jkollhom jirrispettaw il-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 għal kull vettura individwali. Il-manifatturi għalhekk għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li l-emissjoni speċifika medja għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha li jiġu rreġistrati fl-Unjoni, li huma responsabbli għalihom ma teċċedix il-medja tal-miri tal-emissjonijiet għal dawk il-vetturi. Dan ir-rekwiżit għandu jiddaħħal gradwalment bejn l-2014 u l-2017 sabiex jiffaċilita l-introduzzjoni tiegħu. Dan huwa konsistenti maż-żmien għall-introduzzjoni gradwali meħtieġ u mat-tul taż-żmien għall-introduzzjoni gradwali stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 443/2009.
443/2009 premessa 19 (adattat)
Il-manifatturi għandhom ikollhom il-flessibbiltà biex jiddeċiedu kif se jilħqu l-miri tagħhom taħt dan ir-Regolament, u għandhom jitħallew iqassmu l-emissjonijiet fuq il-flotta tal-karozzi l-ġodda aktar milli jkollhom jirrispettaw il-miri ta’ CO2 għal kull karozza individwali. Il-manifatturi għalhekk għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li l-emissjoni speċifika medja għall-karozzi l-ġodda kollha reġistrati fil-Komunità li huma responsabbli għalihom ma teċċedix il-medja tal-miri tal-emissjonijiet għal dawk il-karozzi. Dan ir-rekwiżit għandu jiddaħħal gradwalment bejn l-2012 u l-2015 sabiex jiffaċilita t-tranżizzjoni.
510/2011 premessa 19 (adattat)
Sabiex jiġi żgurat li l-miri jirriflettu l-karatteristiċi tal-manifatturi żgħar u speċjalizzati u li huma konsistenti mal-potenzjal ta’ tnaqqis tal-manifattur, għandhom jiġu stabbiliti miri ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet alternattivi li jqisu l-potenzjal teknoloġiku tal-vetturi ta’ manifattur partikolari biex inaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u li jkunu konsistenti mal-karatteristiċi tal-oqmsa tas-suq ikkonċernati. Din id-deroga għandha tkun koperta mir-reviżjoni tal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet fl-Anness I, li għandha titlesta sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2013.
443/2009 premessa 20 (adattat)
ġdid
(26)Mhuwiex xieraq li wieħed juża l-istess metodu biex jiddetermina l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal manifatturi ta' volumi kbar u għal manifatturi ta’ volum żgħir meqjusa bħala indipendenti fuq il-bażi tal-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament. Dawn il-manifatturi ta’ volumi żgħar jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għal miri alternattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet marbuta mal-potenzjal teknoloġiku tal-vetturi ta’ manifattur partikolari biex inaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u li jkunu konsistenti mal-karatteristiċi tal-oqsma tas-suq ikkonċernati. Din id-deroga għandha tkun koperta mir-reviżjoni tal-miri għall-emissjonijiet speċifiċi fl-Anness I li għandha titlesta sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2013.
333/2014 premessa 7 (adattat)
ġdid
(27)B’rikonoxximent tal-impatt sproporzjonat fuq l-iżgħar manifatturi li jirriżulta minn konformità ma’ miri tal-emissjonijiet speċifiċi ddefiniti abbażi tal-utilità tal-vettura, mill-piż amministrattiv kbir tal-proċedura tad-deroga u vantaġġ li huwa biss marġinali f’termini ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ CO2 mill-vetturi li jinbiegħu minn dawk il-manifatturi, il-manifatturi responsabbli għal inqas minn 1 000 karozza ġdida tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief irreġistrati annwalment fl-UE jenħtieġ li jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi u l-primjum għal emissjonijiet eċċessivi. Madankollu, jekk manifattur li jkun kopert minn eżenzjoni xorta japplika għal deroga, li sussegwentement tingħatalu, ikun xieraq li l-manifattur ikun meħtieġ jikkonforma ma’ dik il-mira tad-deroga. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali mill-istadju l-aktar bikri għal dawk il-manifatturi, huwa essenzjali li dik id-deroga tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
333/2014 premessa 9 (adattat)
ġdid
(28)Il-proċedura biex jingħataw derogi mill-mira ta’ 95 g CO2/km għall-flotta kollha għal manifatturi tal-karozzi speċjalizzati għandha tkompli lil hinn mill-2020. Madankollu, sabiex ikun żgurati li l-isforz ta’ tnaqqis meħtieġ mill-manifatturi speċjalizzati huwa konsistenti ma’ dak ta’ volum kbir ta’ manifatturi fir-rigward ta’ dik il-mira. , mira ta’ 45 % anqas mill-emmissjonijiet speċifiċi medji tal-manifatturi speċjalizzati fl-2007 għandha għalhekk tapplika mill-2020. Madankollu l-esperjenza turi, li l-manifatturi speċjalizzati għandhom l-istess potenzjal bħal dak tal-manifatturi l-kbar biex jilħqu l-miri ta’ CO2 u fir-rigward tal-miri stabbiliti mill-2025 ’il quddiem mhuwiex ikkunsidrat xieraq li jkun hemm distinzjoni bejn dawk iż-żewġ kategoriji ta’ manifatturi.
510/2011 premessa 20
L-Istrateġija tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali ħfief stabbiliet approċċ integrat bil-għan li tintlaħaq il-mira tal-Unjoni ta’ 120 g CO2/km sas-sena 2012, filwaqt li ppreżentat ukoll viżjoni fuq perijodu itwal ta’ żmien ta’ tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet. Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 jissostanzja din l-opinjoni fuq perijodu itwal ta’ żmien billi jistabbilixxi mira ta’ 95 g CO2/km bħala emissjonijiet medji għall-flotta ta’ karozzi ġodda. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dak l-approċċ u biex tingħata ċertezza fl-ippjanar għall-industrija, għandha tiġi stabbilita mira fit-tul għall-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief fl-2020.
443/2009 premessa 21 (adattat)
Il-manifatturi li jipproduċu għal suq ristrett għandhom ikunu permessi jibbenefikaw minn mira alternattiva li tkun ta' 25 % anqas mill-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tagħhom fl-2007. Għandha tiġi determinata mira ekwivalenti fejn ma tkunx teżisti informazzjoni dwar il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tal-produttur għall-2007. Din id-deroga għandha tkun koperta mir-reviżjoni tal-miri għall-emissjonijiet speċifiċi fl-Anness I li għandha titlesta sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2013.
443/2009 premessa 22 (adattat)
(29)Fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għall-karozzi l-ġodda u vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fil-Komunità fl-Unjoni li għalihom il-manifatturi huma responsabbli, jenħtieġ li jitqiesu l-karozzi u vetturi kummerċjali ħfief kollha irrispettivament mill-massa tagħhom jew minn kwalunkwe karatteristika oħra. Għalkemm ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 ma jkoprix karozzi al-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief b'referenza ta' massa li teċċedi l-2 610 kg u li għalihom l-approvazzjoni tat-tip ma ġietx estiża taħt l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, l-emissjonijiet għal dawn il-karozzi il-vetturi għandhom jitkejlu konformement mal-istess proċedura ta' kejl speċifikata għall-karozzi tal-passiġġieri vetturi ħfief fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 , u r-Regolamenti (UE) 2017/1151, u fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153 . Il-valuri ta' emissjonijiet ta' CO2 li jirriżultaw minn dan il-kejl jenħtieġ li jiddaħħlu fiċ-ċertifikat ta' konformità tal-vetturi sabiex ikun possibbli li dawn jiġu inklużi fl-iskema tal-monitoraġġ.
510/2011 premessa 22 (adattat)
(30)L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ vetturi kummerċjali ħfief ikkompletati jenħtieġ li jiġu allokati lill-manifattur tal-vettura ta’ bażi.
510/2011 premessa 23
Sabiex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-effiċjenza tal-karburant tal-vetturi kkompletati jkunu rappreżentattivi, il-Kummissjoni għandha tipproponi proċedura speċifika u tikkunsidra, fejn ikun xieraq, reviżjoni tal-leġislazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip.
ġdid
(31)Jenħtieġ li titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief li jipproduċu vetturi mhux kompluti li jirċievu l-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji. Filwaqt li dawk il-manifatturi huma responsabbli li jilħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà jbassru b’ċertezza raġonevoli l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi kompluti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dawk il-ħtiġijiet jiġu riflessi kif xieraq fir-Regolament (UE) 2017/1151.
443/2009 premessa 23 (adattat)
(32)Sabiex ikollhom il-flessibbiltà, il-manifatturi jistgħu, sabiex jilħqu flimkien il-miri tagħhom taħt dan ir-Regolament, jaqblu bejniethom biex jingħaqdu f’konsorzju miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. Il-ftehim biex jiġi ffurmat konsorzju m’għandux jaqbeż il-ħames snin, iżda jista’ jiġġedded. Fejn il-manifatturi jiffurmaw konsorzju, jenħtieġ li jitqiesu li jkunu laħqu l-mira tagħhom skont dan ir-Regolament dejjem jekk il-medja tal-emissjonijiet mill-konsorzju komplessivament li jiffurmaw ma taqbiżx l- emmissjonijiet speċifiċi emissjonijietfil-mira għall-konsorzju.
ġdid
(33)Il-possibbiltà li manifatturi jiffurmaw konsorzji wriet li dan huwa mod kosteffikaċi biex tinkiseb il-konformità mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2, b’mod partikolari peress li tiffaċilita l-konformità għal dawk il-manifatturi li jipproduċu varjetà ta’ vetturi limitata. Biex tittejjeb in-newtralità kompetittiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat li tiċċara l-kundizzjonijiet li fihom il-manifatturi indipendenti jistgħu jiffurmaw konsorzju u b’hekk jitqiegħdu f’pożizzjoni ekwivalenti għal impriżi konnessi.
443/2009 premessa 24
(34)Huwa meħtieġ mekkaniżmu robust ta' konformità sabiex jiġi żgurat li l-miri f'dan ir-Regolament jintlaħqu.
ġdid
(35)Biex jinkiseb it-tnaqqis ta’ CO2 meħtieġ skont dan ir-Regolament, huwa essenzjali wkoll li l-emissjonijiet tal-vetturi li jkunu qegħdin jintużaw ikunu konformi mal-valuri tas-CO2 determinati fl-approvazzjoni tat-tip. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sistemiku misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi li jkunu qegħdin jintużaw.
(36)Biex tkun f’pożizzjoni li tieħu miżuri bħal dawn, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat li tħejji u timplimenta proċedura biex tiġi vverifikata l-konformità fis-servizz tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi ħfief li jitqiegħdu fis-suq. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jenħtieġ li jiġi emendat.
443/2009 premessa 25 (adattat)
ġdid
(37)L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief jitkejlu fuq bażi armonizzata fil-Komunità fl-Unjoni konformement mal-metodoloġija stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Sabiex il-piż amministrattiv taħt dan ir-Regolament jitnaqqas kemm jista' jkun, il-konformità miegħu jenħtieġ li titkejjel permezz ta' referenza għad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda u vetturi kummerċjali ħfief fil-Komunità fl-Unjoni miġbura mill-Istati Membri u rrapurtata lill-Kummissjoni. Biex tiġi żgurata l-konsistenza tad-data li tintuża għall-valutazzjoni tal-konformità, ir-regoli għall-ġbir u r-rappurtar ta' din id-data jenħtieġ li jiġu armonizzati kemm jista' jkun. Ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li tipprovdi data korretta u sħiħa għalhekk jenħtieġ li tiġi ddikjarata b’mod ċar, flimkien mal-ħtieġa għal kooperazzjoni effikaċi bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta’ kwalità tad-data.
443/2009 premessa 26 (adattat)
Id-Direttiva 2007/46/KE tipprevedi li l-manifatturi għandhom joħorġu ċertifikat tal-konformità li għandu jakkumpanja kull karozza tal-passiġġieri ġdida u li l-Istati Membri għandhom jippermettu r-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' karozza tal-passiġġieri ġdida biss jekk din ikollha magħha ċertifikat validu tal-konformità. Id-data miġbura mill-Istati Membri għandha tkun konsistenti maċ-ċertifikat tal-konformità maħruġ mill-manifattur għall-karozza tal-passiġġieri u għandha tkun ibbażata biss fuq din ir-referenza. Jekk l-Istati Membri, għal raġunijiet ġustifikati, ma jużawx iċ-ċertifikat ta’ konformità sabiex itemmu l-proċess ta’ reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta’ karozza tal-passiġġieri ġdida, huma għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-preċiżjoni li tixraq fil-proċedura ta' monitoraġġ. Għandu jkun hemm database standard Komunitarja għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tad-data. Din għandha tintuża bħala referenza unika li tippermetti li l-Istati Membri jżommu d-data ta’ reġistrazzjoni b’mod aktar faċli meta vetturi ġodda jiġu reġistrati.
510/2011 premessa 27 (adattat)
(38)Il-konformità tal-manifatturi mal-miri skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi vvalutata fil-livell tal-Unjoni. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tagħhom jaqbżu dawk l-emissjonijiet permessi skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jħallsu primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fir-rigward ta’ kull sena kalendarja. minn Jannar 2014. Il-primjum għandu jiġi mmodulat bħala funzjoni tal-firxa safejn il-manifatturi jonqsu milli jkunu konformi mal-mira tagħhom. Sabiex ikun żgurat li hemm konsistenza, il-mekkaniżmu tal-primjum għandu jkun simili għal dak stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 443/2009. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
510/2011 premessa 28
(39)Kwalunkwe miżura nazzjonali li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu skont l-Artikolu 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) m’għandhiex, b’konsiderazzjoni tal-għan ta’ u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, timponi pieni addizzjonali jew aktar stretti fuq il-manifatturi li jonqsu milli jilħqu l-miri tagħhom skont dan ir-Regolament.
510/2011 premessa 29
(40)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni.
443/2009 premessa 30 (adattat)
Il-Kummissjoni għandha tqis modalitajiet ġodda biex tinkiseb il-mira fuq żmien twil, b’mod partikolari l-grad ta’ nżul tal-kurva, il-parametru ta’ utilità u l-iskema tal-premium għall-eċċess ta' emissjonijiet.
510/2011 premessa 31
Il-veloċità tal-vetturi tat-triq għandha influwenza qawwija fuq il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ limitazzjoni tal-veloċità li hija applikabbli għal vetturi kummerċjali ħfief, huwa possibbli li jkun hemm element ta’ kompetizzjoni fir-rigward tal-ogħla veloċità li tista’ twassal sabiex ikun hemm powertrains ta’ daqs eċċessiv fil-vetturi u ineffiċjenzi assoċjati f’kondizzjonijiet li joperaw aktar bil-mod. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi investigata l-fattibbiltà tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (
), bil-għan li jiġu inklużi vetturi kummerċjali ħfief koperti f’dan ir-Regolament.
443/2009 premessa 31 (adattat)
Il-miżuri neċessarji ghall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi il-proċeduri għall-ezerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni
.
ġdid
(41)L-effikaċja tal-miri stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fil-fatt tistrieħ ħafna fuq kemm il-proċedura tat-test uffiċjali tkun rappreżentattiva. Skont l-Opinjoni tal-Mekkaniżmu għall-Pariri Xjentifiċi (SAM) u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew, wara l-inkjesta tiegħu dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-valutazzjoni ta’ kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat li tiżgura li data bħal din tkun pubblikament disponibbli, u, fejn meħtieġ, tiżviluppa l-proċeduri meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa għat-twettiq ta’ valutazzjonijiet bħal dawn.
(42)Huwa previst li fl-2024 jiġi eżaminat il-progress li sar skont [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u d-Direttiva dwar l-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet]. Għalhekk huwa xieraq li tiġi vvalutata l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament fl-istess sena biex ikun jista’ jkun hemm valutazzjoni koordinata u koerenti tal-miżuri implimentati skont dawn l-istrumenti kollha.
(43)Ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 jenħtieġ li jiġu mħassra mill-1 ta' Jannar 2020.
333/2014 premessa 15 (adattat)
(44)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
.
ġdid
(45)Is-setgħat ta’ implimentazzjoni marbuta mal-Artikoli 6(8), 7(7) u (8), 8(3), 11(2), 12(3) u 14(3) jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
443/2009 premessa 32 (adattat)
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u rappurtar fid-dawl tal-esperjenza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sabiex tistabbilixxi metodi għall-ġbir ta’ premiums fuq l-eċċessi ta' emissjonijiet u biex tadotta dispożizzjonijiet dettaljati dwar id-deroga speċjali għal ċerti manifatturi indipendenti ta’ volumi żgħar, u biex tadatta l-Anness I biex iqis l-evoluzzjoni tal-massa ta' karozzi ġodda reġistrati fil-Komunità u biex jirriflettu kwalunkwe bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2. Ladarba dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
333/2014 premessa 16 (adattat)
ġdid
(46) Sabiex jiġu emendati jew supplementati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament iIs-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-TFUE it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex fir-rigward ta’ jiġi emendat għall-emendar tal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data u l-parametri tad-data,; is-supplementar li jissupplimentaw ir-regoli dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibilità għal derogi minn miri tal-emissjonijiet speċifiċi, dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal deroga u dwar il-kontenut u l-valutazzjoni ta’ programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2,; l-aġġustar l-aġġustament taċ-ċifra ta’ M0 u TM0 , imsemmija fl-Artikolu 13 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-limitu ta’ 7 g CO2/km imsemmi fl-Artikolu 11, u l-aġġustament tal-formuli fl-Anness I imsemmija fl-Artikolu 14(3) għall-massa medja tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda fit-tliet snin kalendarji preċedenti; u l-adattar tal-formuli fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-fażi tal-ħidma ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet . Il-Kummissjoni, meta tipprepara jew tfassal B’mod partikolari biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti rilevanti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom ukoll l-esperti tal-Istati Membri u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati .
443/2009 premessa 33 (adattat)
Id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE għandha titħassar għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u ċarezza legali.
510/2011 premessa 34 (adattat)
(47)Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ rekwiżiti tar-rendiment tal-emissjonijiet ta’ CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
443/2009 (adattat)
Artikolu 1
Suġġett u għanijiet
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta' rendiment tal-emmissjonijiet ta’ CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern u sabiex tintlaħaq il-mira ġenerali tal-Komunità Ewropea ta' 120 g CO2/km bħala emissjonijiet medji għall-flotta ta’ karozzi ġodda. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-emissjonijiet medji ta’ CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri fil-livell ta’ 130 g CO2/km, permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi motorizzati, kif imkejla konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u mal-miżuri implimentattivi tiegħu, u permezz ta' teknoloġiji innovattivi.
510/2011 (adattat)
Artikolu 1
Suġġett u għanijiet
1.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tar-rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-emissjonijiet medji ta’ CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal 175 g CO2/km, permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi, kif imkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri implimentattivi tiegħu, u t-teknoloġiji innovattivi.
333/2014 Art. 1.1 (adattat)
Mill-2020 ’il quddiem, dan ir-Regolament jistabbilixxi mira ta’ 95 g CO2/km bħala emissjonijiet medji tal-flotta tal-karozzi ġodda kif imkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u t-teknoloġiji innovattivi.
253/2014 Art. 1.1 (adattat)
ġdid
2.
Mill- 1 ta’ Jannar tas-sena 2020, dan ir-Regolament jistabbilixxi mira għall- flotta kollha tal-UE ta’ 95 g CO2/km għall-emissjonijiet medji ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri u mira għall- flotta kollha tal-UE ta’ 147 g CO2/km għall-emissjonijiet medji ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni, kif imkejla sal-31 ta’ Diċembru 2020 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 692/2008 flimkien mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153, u, mill-1 ta’ Jannar 2021, imkejla skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 715/2007 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni u t-teknoloġiji innovattivi.
443/2009 (adattat)
ġdid
3.
Dan ir-Regolament ser jiġi komplementat sal-31 ta’ Diċembru 2024 minn miżuri addizzjonali li jikkorrispondu għal tnaqqis ta' 10g CO2/km bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità tal-Unjoni msemmi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-2007 .
ġdid
4.
Mill-1 ta’ Jannar 2025 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin għall-flotta kollha tal-UE:
(a)
għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta’ 15 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I;
(b)
għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta’ vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta’ 15 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I;
5.
Mill-1 ta’ Jannar 2030 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin:
(a)
għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta’ 30 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.2 tal-Parti A tal-Anness I;
(b)
għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta’ vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta’ 30 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.2 tal-Parti B tal-Anness I.
443/2009 (adattat)
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi bil-mutur li ġejjin:
(a)tal-kategorija M1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE (“karozzi tal-passiġġieri”) li huma reġistrati fil-Komunità fl-Unjoni għall-ewwel darba u li qatt ma kienu reġistrati barra l-Komunità l-Unjoni (“karozzi ġodda tal-passiġġieri”).;
2.
Ir-reġistrazzjoni preċedenti li ssir barra mill-Komunità ta’ inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fil-Komunità m’għandhiex titqies.
3.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal vetturi bi skopijiet speċjali kif definiti fil-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.
333/2014 Art. 1.2 (adattat)
4.
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, l-Artikolu 4, l-Artikolu 8(4)(b) u (c), l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1)(a) u (c) ma għandhomx japplikaw għal manifattur li jkun responsabbli, flimkien mal-impriżi konnessi kollha tiegħu, għal inqas minn 1 000 karozza ġdida tal-passiġġieri rreġistrata fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti.
510/2011 (adattat)
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi bil-mutur li ġejjin(b)tal-kategorija N1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li ma teċċedix l-2 610 kg u għal vetturi tal- kategorija N1 li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (“vetturi kummerċjali ħfief”) li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma ġewx irreġistrati qabel barra l-Unjoni (“vetturi kummerċjali ħfief ġodda”).
2.Reġistrazzjoni preċedenti barra l-Unjoni li tkun saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni m’għandhiex tiġi kkunsidrata.
3.Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal vetturi bi skopijiet speċjali kif definiti fil-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.
253/2014 Art. 1.2 (adattat)
ġdid
4.L-Artikolu 4, l-Artikolu87 (4)(b) u (c), l-Artikolu 98 u l-Artikolu 910(1)(a) u (c) ma għandhomx japplikaw għal manifattur li, flimkien mal-impriżi kollha assoċjati miegħu, huwa responsabbli għal inqas minn 1 000 karozza ġdida tal-passiġġieri jew għal inqas minn 1 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti , sakemm dak il-manifattur ma japplikax għal deroga, li sussegwentament tingħatalu, skont l-Artikolu 10 .
443/2009 (adattat)
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)“emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2” tfisser, relattivament għal manifattur, il-medja ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri, prodotti minn dak il-manifattur;
(b)“ċertifikat tal-konformità” tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE;
(c)“manifattur”tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità ta' approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE taħt id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;
(d)“massa” tfisser il-massa tal-karozza bil-karrozzerija, f'kundizzjoni li taħdem, kif dikjarata fiċ-ċertifikat tal-konformità u kif definita fis-Sezzjoni 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;
(e)“footprint” tfisser il-wisa' bejn ir-roti (track width) mmultiplikata bit-tul bejn il-fusien (wheelbase), kif mistqarr fiċ-ċertifikat ta' konformità u ddefinit fit-taqsimiet 2,1 u 2.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;
(g)“mira ta' emissjonijiet speċifiċi” tfisser, fir-rigward ta' manifattur, il-medja ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 permessi taħt l-Anness I fir-rigward ta' kull karozza ġdida tal-passiġġieri, prodotta minn dak il-manifattur, jew fejn il-manifattur ngħata deroga taħt l-Artikolu 11, il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi determinata taħt dik id-deroga.
2.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament "grupp ta' manifatturi konnessi" tfisser manifattur u l-impriżi konnessi tiegħu. Fir-rigward ta' manifattur, "grupp ta' manifatturi konnessi" tfisser:
(a)impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:
333/2014 Art. 1.3 (adattat)
–is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot; jew
443/2009 (adattat)
–is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord ta’ ġestjoni jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża ġuridikament; jew
–id-dritt ta’ ġestjoni tal-affarijiet tal-impriża;
(b)impriżi li direttament jew indirettament ikollhom id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a) fuq il-manifattur;
(c)impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a);
(d)impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma’ impriża waħda jew aktar imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a);
(e)impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ikunu miżmuma konġuntament mill-manifattur jew waħda jew aktar mill-impriżi konnessi tiegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u parti terza waħda jew aktar.
510/2011 (adattat)
ġdid
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)“emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2” tfisser, fir-rigward ta’ manifattur, l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-karozzi kollha ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha, prodotti minn dak il-manifattur;
(b)“ċertifikat tal-konformità” tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE;
(c)“vettura kompletata” tfisser vettura kummerċjali ħafifa li tkun ingħatatilha l-approvazzjoni tat-tip wara li dan il-proċess jitwettaq f’aktar minn fażi waħda skont id-Direttiva 2007/46/KE;
(d)“vettura kompluta” tfisser kwalunkwe vettura kummerċjali ħafifa li m’għandhiex bżonn tiġi kkompletata biex tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti tad-Direttiva 2007/46/KE;
(e)“vettura bażi” tfisser kwalunkwe vettura kummerċjali ħafifa użata fl-istadju inizjali ta’ proċess ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji;
(f)“manifattur”tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità ta' approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE taħt id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;
(g)“massa fi stat ta’ tħaddim ” tfisser il-massa tal-karozza tal-passiġġieri jew tal-vettura kummerċjali ħafifa bil-karrozzerija fi stat tajjeb ta’ tħaddim kif iddikjarat fiċ-ċertifikat ta’ konformità u kif definit fit-Taqsima 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;
(h)
“emissjonijiet speċifiċi tas-CO2” tfisser l-emissjonijiet minn vettura kummerċjali ħafifa mkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u speċifikati bħala l-massa tal-emissjonijiet tas-CO2 (ikkombinati) fiċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vettura kompluta jew ikkompletata;
443/2009 (adattat)
ġdid
(f)(h)“emissjonijiet speċifiċi ta' CO2” tfisser l-emissjonijiet CO2 minn karozza tal- passiġġieri jew minn vettura kummerċjali ħafifa mkejla konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolamenti ta’ implimentazzjoni tiegħu u speċifikati bħala l-massa ta' emissjonijiet (kombinati) ta' CO2 fiċ-ċertifikat ta' konformità tal-vettura . Għal karozzi tal-passiġġieri jew għal vetturi kummerċjali ħfief li m'għandhomx approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007, “emissjonijiet speċifiċi ta' CO2” tfisser li l-emissjonijiet ta' CO2 mkejla konformement mal-istess proċedura ta' kejl kif speċifikata għall-karozzi tal-passiġġieri fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 sal-31 ta’ Diċembru 2020, u mill-1 ta’ Jannar 2021, fir-Regolament (UE) 2017/1151 , jew konformement mal-proċeduri adottati mill-Kummissjoni biex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ta' CO2 għal dawn il-karozzi tal-passiġġieri il-vetturi ;
510/2011
ġdid
(j)(i) “footprint” tfisser il-wisa’ medja bejn rota u oħra mmultiplikata bid-distanza bejn il-fusijiet ta’ quddiem u ta’ wara, skont iċ-ċertifikat ta’ konformità u kif iddefinit fit-Taqsimiet 2.1 u 2.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;
(i)(j)“mira ta’ emissjonijiet speċifiċi” tfisser, fir-rigward ta’ manifattur, il-medja ta’ emissjonijiet speċifiċi indikattivi tal-mira annwali ta’ CO2 stabbiliti skont l-Anness I fir-rigward ta’ kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida prodotta minn dak il-manifattur, jew, jekk il-manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 1011, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ddeterminata skont dik id-deroga;
ġdid
(k)“mira għall-flotta kollha tal-UE” tfisser l-emissjonijiet medji ta’ CO2 għall-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri jew għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha li jridu jintlaħqu f’perjodu partikolari;
(l)“massa tat-test” tfisser il-massa tat-test ta’ karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa kif stabbilit fiċ-ċertifikat tal-konformità u kif definit fil-punt 3.2.25 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;
(m) “vetturi b’emissjonijiet ta’ livell żero jew baxxi” tfisser karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa b’emissjonijiet mill-pajp tal-egżost minn żero sa 50 g CO2/km, kif determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151.
510/2011
(k)(n)“piż tat-tagħbija” tfisser id-differenza bejn il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli f’konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE u l-massa tal-vettura.
2.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament "grupp ta' manifatturi konnessi" tfisser manifattur u l-impriżi konnessi tiegħu. Fir-rigward ta' manifattur, "grupp ta' manifatturi konnessi" tfisser:
(a)impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:
(i)is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot; jew
(ii)is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord ta’ ġestjoni jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża ġuridikament; jew
(iii)id-dritt ta’ ġestjoni tal-affarijiet tal-impriża;
(b)impriżi li direttament jew indirettament ikollhom id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a) fuq il-manifattur;
(c)impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a);
(d)impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma’ impriża waħda jew aktar imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a);
(e)impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) huma miżmumin flimkien mill-manifattur jew minn waħda jew aktar mill-impriżi relatati miegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u parti terza waħda jew aktar.
Artikolu 4
Miri tal-emissjonijiet speċifiċi
ġdid
1.Il-manifattur għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tiegħu ma jaqbżux il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi i ġejjin:
(a)għas-sena kalendarja 2020, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi determinata skont il-punti 1 u 2 tal-Parti A tal-Anness I fil-każ tal-karozzi tal-passiġġieri, jew il-punti 1 u 2 tal-Parti B tal-Anness I fil-każ ta’ vetturi kummerċjali ħfief, inkella fil-każ li manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, f’konformità ma’ dik id-deroga;
510/2011 (adattat)
ġdid
(b) Ggas-sena kalendarja li tibda fl-1 Jannar 2014 u kull sena kalendarja sussegwenti mill-2021 sal-2024 , kull manifattur ta’ vetturi kummerċjali ħfief għandu jiżgura li l-emmissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tiegħu ma jaqbżux il- mira tal-emmissjonijiet speċifiċi tiegħu determinata konformement mal-punti 3 u 4 tal-Partijiet A jew B tal- Anness I kif xieraq jew, meta manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 1110 , konformement ma’ dik id-deroga u l-punt 5 tal-Partijiet A jew B tal-Anness I;.
ġdid
(c)għall-kull sena kalendarja, mill-2025 ’il quddiem, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi determinati skont il-punt 6.3 tal-Partijiet A jew B tal-Anness I.
510/2011 (adattat)
2.Fil-każ ta’ vetturi kummerċjali ħfief, Mmeta l-emissjonijiet speċifiċi tal-vettura kompletata ma jkunux disponibbli, il-manifattur tal-vettura bażi għandu juża l-emissjonijiet speċifiċi tal-vettura bażi biex jistabbilixxi l-emissjonijiet speċifiċi medji tagħha ta’ CO2.
Sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2, ta’ kull manifattur, għandhom jitqiesu l-perċentwali li ġejjin tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta’ kull manifattur irreġistrati fis-sena rilevanti:
–70 % fl-2014,
–75 % fl-2015,
–80 % fl-2016,
–100 % mill-2017 ’il quddiem.
443/2009 (adattat)
Artikolu 4
Miri tal-emissjonijiet speċifiċi
Għas-sena kalendarja li tibda mill- 1 ta' Jannar 2012 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri għandu jassigura li l-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu ta' CO2 ma jeċċedux il-mira tiegħu ta' emissjonijiet speċifiċi determinata taħt l-Anness I jew, fejn manifattur ngħata deroga taħt l-Artikolu 11, taħt dik id-deroga.
333/2014 Art. 1.4 (adattat)
3. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ kull manifattur, għandu jittieħed kont tal-perċentwali, li ġejjin, għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda, ta’ kull manifattur, li jiġu reġistrati fis-sena rilevanti:
–65 % fl-2012,
–75 % fl-2013,
–80 % fl-2014,
–100 % mill-2015 sal-2019,
–95 % fl-2020,
–100 % sal-aħħar tal-2020 mill-2021 ’il-quddiem.
443/2009 (adattat)
Artikolu 5
Super-krediti
Meta jiġu kkalkulati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2, kull vettura ġdida tal-passiġġieri b’livell ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 inqas minn 50 g CO2/km għandha titqies bħala:
–3,5 karozzi fl-2012,
–3,5 karozzi fl-2013,
–2,5 karozzi fl-2014,
–1,5 karozzi fl-2015,
–karozza waħda mill-2016 ’il quddiem.
510/2011 (adattat)
Artikolu 5
Super-krediti
Meta jiġu kkalkulati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2, kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida b’livell ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 inqas minn 50 g CO2/km għandha titqies bħala:
–3,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2014,
–3,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2015,
–2,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2016,
–1,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2017,
–vettura kummerċjali ħafifa fl-2018.
Għat-tul kollu tal-iskema tas-super-krediti, l-għadd massimu ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda, b’emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ anqas minn 50 g CO2/km, li għanddu jitqies fl-applikazzjoni tal-multiplikaturi stabbiliti fl-ewwel paragrafu m’għandux jaqbeż il-25 000 vettura kummerċjali ħafifa għal kull manifattur.
333/2014 Art. 1.5
ġdid
Artikolu 5a
Super krediti għall-mira ta’ 95 g CO2/km
Meta jiġu kkalkulati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2, kull vettura ġdida tal-passiġġieri b’livell ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 inqas minn 50 g CO2/km għandha titqies bħala:
–2 karozzi tal-passiġġieri fl-2020,
–1,67 karozzi tal-passiġġieri fl-2021,
–1,33 karozzi tal-passiġġieri fl-2022,
–karozza waħda tal-passiġġieri mill-2023,
għas-sena li fiha tiġi rreġistrata fil-perjodu mill-2020 sal-2022, soġġett għal limitu massimu ta’ 7,5 g CO2/km matul dak il-perjodu għal kull manifattur u soġġett għall-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 .
443/2009 (adattat)
Artikolu 6
Mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal vetturi li jaħdmu b'karburant alternattiv
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità, min-naħa ta' manifattur, mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4, l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, ta' kull vettura maħsuba biex taħdem fuq taħlita ta' petrol b'85 % etanol (‘E85’) li tissodisfa l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti jew l-istandards tekniċi Ewropej, għandhom jitnaqqsu b'5 % sal- 31 ta' Diċembru 2015 b'rikonoxximent tal-kapaċità teknoloġika akbar u taż-żieda fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-bijokarburanti. Dan it-tnaqqis għandu japplika biss fejn talanqas 30 % tal-pompi tal-karburant fl-Istat Membru li fih tkun reġistrata l-vettura jipprovdu dan it-tip ta' karburant alternattiv u jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijokarburanti stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.
510/2011 (adattat)
Artikolu 6
Mira speċifika ta’ emissjonijiet għal vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’karburant alternattiv
Sabiex tiġi ddeterminata l-konformità ta’ manifattur mal-mira speċifika ta’ emissjonijiet tiegħu msemmija fl-Artikolu 4, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ kull vettura kummerċjali ħafifa li hija mfassla sabiex tkun tista’ taħdem b’taħlita ta’ petrol b’85 % bijoetanol (“E85”), u li tkun konformi mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew l-istandards tekniċi Ewropej, għandhom jitnaqqsu b’5 % sal-31 ta’ Diċembru 2015 b’rikonoxximent tal-kapaċità teknoloġika akbar u taż-żieda fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-bijokarburanti. Dan it-tnaqqis għandu japplika biss fejn mill-inqas 30 % tal-pompi tal-karburant fl-Istat Membru li fih il-vettura kummerċjali ħafifa tkun irreġistrata jipprovdu dan it-tip ta’ karburant alternattiv li jikkonforma mal-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti stabbiliti fil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 76
Konsorzji
1.Il-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda, minbarra l-manifatturi li ngħataw deroga taħt l-Artikolu 1110, jistgħu jiffurmaw konsorzju bl-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4.
2.Il-ftehim dwar l-iffurmar ta’ konsorzju jista’ jirrigwarda sena kalendarja waħda jew aktar bil-kundizzjoni li l-perjodu kumplessiv ta’ kull ftehim ma jaqbiżx il-ħames snin kalendarji u għandu jibda’ fi jew qabel il-31 ta' Diċembru fl-ewwel sena kalendarja li fiha jkunu se jingħaqdu l-emissjonijiet. Il-manifatturi li jiffurmaw konsorzju għandhom jirreġistraw mal-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
(a)il-manifatturi li ser ikunu inklużi fil-konsorzju;
(b)il-manifattur li ġie nnominat bħala l-amministratur tal-konsorzju li ser ikun il-punt ta’ kuntatt għall-konsorzju u li ser ikun responsabbli għall-ħlas ta’ kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 98;
(c)evidenza li l-amministratur tal-konsorzju ser ikun kapaċi jissodisfa l-obbligi msemmijin fil-punt (b);.
ġdid
(d)il-kategorija ta’ vetturi rreġistrati bħala M1 jew N1, li għalihom japplika l-konsorzju.
510/2011
3.Meta l-amministratur propost tal-konsorzju jonqos milli jissodisfa r-rekwiżit li jħallas kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 98 , il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifatturi.
4.Il-manifatturi inklużi f’konsorzju għandhom jinfurmaw flimkien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla li ssir tal-amministratur tal-konsorzju jew tal-istatus finanzjarju tagħha, sal-punt li dan jaffettwa l-kapaċità tagħha li tissodisfa r-rekwiżit li tħallas kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 89 u bi kwalunkwe bidliet fis-sħubija tal-konsorzju jew ix-xoljiment tal-konsorzju.
5.Il-manifatturi jistgħu jidħlu għal arranġamenti ta’ konsorzju bil-kundizzjoni li l-ftehimiet jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 TFUE u li jippermettu l-parteċipazzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’termini kummerċjalment raġonevoli minn kwalunkwe manifattur li jitlob li jsir membru tal-konsorzju. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għal konsorzji bħal dawn, il-membri kollha ta’ konsorzju għandhom jiżguraw b’mod partikolari li ma jsir l-ebda skambju ta’ data u lanqas ta’ informazzjoni fil-kuntest tal-arranġament tal-konsorzju tagħhom, għajr fir-rigward tal-informazzjoni li ġejja:
(a)l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2;
(b)il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi;
(c)l-għadd totali ta’ vetturi rreġistrati.
6.Il-paragrafu 5 m’għandux japplika fejn il-manifatturi kollha inklużi fil-konsorzju ikunu parti mill-istess grupp ta' manifatturi konnessi.
7.Ħlief fejn tingħata notifika taħt il-paragrafu 3, il-manifatturi f’konsorzju li fir-rigward tiegħu tiġi reġistrata l-informazzjoni mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala manifattur wieħed għall-finijiet tat-twettiq minnhom tal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4. L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ fir-rigward ta’ manifatturi individwali kif ukoll ta’ kwalunkwe konsorzju ser tiġi rreġistrata, irrappurtata u ssir disponibbli fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 87(4).
ġdid
8.Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-kundizzjonijiet dettaljati li għandhom japplikaw għal arranġamenti ta’ konsorzji stabbiliti skont il-paragrafu 5 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
443/2009 (adattat)
Artikolu 7
Konsorzji
1.
Il-manifatturi, minbarra dawk il-manifatturi li ngħataw deroga taħt l-Artikolu 11, jistgħu jiffurmaw konsorzju bil-għan li jilħqu l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4.
2.
Il-ftehim dwar l-iffurmar ta’ konsorzju jista’ jirrigwarda sena kalendarja waħda jew aktar bil-kundizzjoni li l-perjodu kumplessiv ta’ kull ftehim ma jaqbiżx il-ħames snin kalendarji u għandu jibda’ fi jew qabel il-31 ta' Diċembru fl-ewwel sena kalendarja li fiha jkunu se jingħaqdu l-emissjonijiet. Il-manifatturi li jiffurmaw konsorzju għandhom jirreġistraw mal-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
(a)il-manifatturi li ser ikunu inklużi fil-konsorzju;
(b)il-manifattur li ġie nnominat bħala l-amministratur tal-konsorzju li ser ikun il-punt ta’ kuntatt għall-konsorzju u li ser ikun responsabbli għall-ħlas ta’ kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 9; u
(c)evidenza li l-amministratur tal-konsorzju ser ikun kapaċi jissodisfa l-obbligi msemmijin fil-punt (b).
3.
Fejn l-amministratur propost tal-konsorzju jonqos milli jissodisfa r-rekwiżit li jħallas kull premium għall-eċċessi ta' emissjonijiet li jkun impost fuq il-konsorzju taħt l-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifatturi.
4.
Il-manifatturi inklużi f'konsorzju għandhom konġuntement jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla tal-amministratur tal-konsorzju jew tal-istatus finanzjarju tiegħu sa fejn dan jista' jaffettwa l-kapaċità tiegħu li jissodisfa r-rekwiżit li jħallas kull premium għall-eċċessi ta' emissjonijiet li jkun impost fuq il-konsorzju taħt l-Artikolu 9, u dwar kwalunkwe bidla fil-membri tal-konsorzju jew ix-xoljiment tal-konsorzju.
5.
Il-manifatturi jistgħu jidħlu f'arranġamenti ta’ konsorzju bil-kundizzjoni li kull ftehim tagħhom ikun konformi mal-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat u jippermetti l-parteċipazzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’termini kummerċjalment raġonevoli minn kwalunkwe manifattur li jitlob li jsir membru tal-konsorzju. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni għal konsorzji bħal dawn, il-membri kollha ta’ konsorzju għandhom partikolarment jiżguraw li l-ebda kondiviżjoni ta’ data jew skambju ta’ informazzjoni ma jista’ jsir fil-kuntest tal-arranġament tagħhom ta' konsorzju, ħlief għal dan li ġej:
(a)l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2;
(b)il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi;
(c)l-għadd totali ta’ vetturi rreġistrati.
6.
Il-paragrafu 5 m’għandux japplika fejn il-manifatturi kollha inklużi fil-konsorzju ikunu parti mill-istess grupp ta' manifatturi konnessi.
7.
Ħlief fejn tingħata notifika taħt il-paragrafu 3, il-manifatturi f’konsorzju li fir-rigward tiegħu tiġi reġistrata l-informazzjoni mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala manifattur wieħed għall-finijiet tat-twettiq minnhom tal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4. L-informazzjoni dwar monitoraġġ u rappurtaġġ fir-rigward kemm ta' manifatturi individwali kif ukoll ta' konsorzji għandha tiġi reġistrata, rappurtata u disponibbli fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 8(4).
Artikolu 87
Monitoraġġ u rappurtar tal-emissjonijiet medji
1.Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta’ Jannar 2010 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida u kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tiġi rreġistrata fit-territorju tiegħu skont il-Partiijiet A tal-Annessi II u III. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-manifatturi u l-importaturi jew ir-rappreżentanti nominati tagħhom f’kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-korpi tar-rappurtaġġ jaħdmu b’mod trasparenti. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri li ma jkollhomx l-approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jitkejlu u jiġu reġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità.
2.Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, li tibda fl-2011, kull Stat Membru għandu jiddetermina u jittrasmetti lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fil-Partiijiet AB tal-Annessi II u III fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-data għandha tintbagħat taħt il-format speċifikat fil-Parti BC tal-Anness II u l-Parti C tal-Anness III .
3.Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jibgħatu s-sett sħiħ ta' data miġbura taħt il-paragrafu 1.
4.Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali tad-data rrapurtata mill-Istati Membri taħt dan l-Artikolu, u sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, , mill-2011, 'il quddiem, għandha tikkalkula għal kull manifattur fuq bażi proviżorja:
(a)l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;
(b)il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti; u
(c)id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi għal dik is-sena.
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika kull manifattur bil-kalkolu proviżorju għal dak il-manifattur. In-notifika għandha tinkludi data għal kull Istat Membru dwar l-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda u ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda reġistrati u l-emissjonijiet speċifiċi ta'CO2 tagħhom.
Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament.
5.Il-manifatturi jistgħu, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju taħt il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball.
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifiki mill-manifatturi u għandha, sal-31 ta' Ottubru, tikkonferma jew temenda l-kalkoli proviżorji taħt il-paragrafu 4.
6.
Fejn, fuq il-bażi tal-kalkoli taħt il-paragrafu 5, fir-rigward tas-sena kalendarja 2010 jew 2011, il-Kummissjoni jidhrilha li l-medja ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' manifattur f'dik is-sena jkunu qabżu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal dik is-sena, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifattur.
443/2009 (adattat)
76.L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data ta' monitoraġġ taħt dan ir-Regolament u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità kompetenti nominata sa mhux aktar tard minn8 ta’ Diċembru 2009. Il-Kummissjoni sussegwentement għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.
510/2011 (adattat)
8.
F’kull Stat Membru, l-awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data dwar il-monitoraġġ skont dan ir-Regolament għandha tkun dik maħtura skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
ġdid
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw il-korrettezza u l-kompletezza tad-data trażmessa lill-Kummissjoni, u għandhom jaħtru persuna ta’ kuntatt li għandha tkun disponibbli biex twieġeb malajr għat-talbiet mill-Kummissjoni biex jiġu indirizzati żbalji u ommissjonijiet fid-datasets trażmessi.
443/2009 (adattat)
8.
Għal kull sena kalendarja li fiha japplika l-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-proporzjon tal-pompi tal-petrol u l-kriterji ta' sostenibbiltà fir-rigward tal-karburant E85 imsemmija f'dak l-Artikolu.
333/2014 Art. 1.6 (adattat)
9.7. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ data taħt dan l-Artikolu il-paragrafi 1 sa 7 u dwar l-applikazzjoni tal-Anness II permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2)15(2).
Il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a16 sabiex temenda r-rekwiżiti tad-data u l-parametri tad-data stabbiliti fl-Anness II u III .
ġdid
8.L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jirrappurtaw mingħjar dewmien lill-Kummissjoni devjazzjonijiet misjuba fl-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi fis-servizz meta mqabbla ma’ dawk il-valuri indikati fiċ-ċertifikati tal-konformità b’riżultat ta’ verifiki mwettqa skont il-proċedura msemmija fl-[Artikolu 11a] tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Il-Kummissjoni għandha tqis dawk id-devjazzjonijiet biex tikkalkula l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rappurtar ta’ devjazzjonijiet bħal dawn u biex dawn jitqiesu fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
510/2011 (adattat)
Artikolu 8
Monitoraġġ u rappurtar tal-emissjonijiet medji
1.
Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta’ Jannar 2012 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tiġi rreġistrata fit-territorju tiegħu skont il-Parti A tal-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-manifatturi u l-importaturi jew ir-rappreżentanti nominati tagħhom f’kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-korpi tar-rappurtaġġ jaħdmu b’mod trasparenti.
2.
Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, li tibda fl-2013, kull Stat Membru għandu jiddetermina u jittrasmetti lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fil-Parti B tal-Anness II fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-data għandha tintbagħat taħt il-format speċifikat fil-Parti C tal-Anness II.
3.
Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jibgħatu s-sett sħiħ ta' data miġbura taħt il-paragrafu 1.
4.
Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali tad-data rrappurtata mill-Istati Membri taħt dan l-Artikolu u dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. Sat-30 ta’ Ġunju 2013 u f’kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tikkalkula għal kull manifattur fuq bażi proviżorja:
(a)l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;
(b)il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti;
(c)id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi għal dik is-sena.
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika kull manifattur bil-kalkolu proviżorju għal dak il-manifattur. In-notifika għandha tinkludi data għal kull Stat Membru dwar l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati u l-emissjonijiet speċifiċi tagħhom ta’ CO2.
5.
Il-manifatturi jistgħu, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju taħt il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball.
6.
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifiki mill-manifatturi u għandha, sal-31 ta' Ottubru, tikkonferma jew temenda l-kalkoli proviżorji taħt il-paragrafu 4.
7.
Fir-rigward tas-snin kalendarji 2012 u 2013 u fuq il-bażi tal-kalkoli mwettqa skont għall-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil manifattur meta l-Kummissjoni jidhrilha li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-manifattur ikunu qabżu l-mira tagħha għall-emissjonijiet speċifiċi.
8.
F’kull Stat Membru, l-awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data dwar il-monitoraġġ skont dan ir-Regolament għandha tkun dik maħtura skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
9.
Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ data taħt dan l-Artikolu u dwar l-applikazzjoni tal-Anness II. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2).
Sabiex titqies l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness II permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17.
109.
L-Istati Membri għandom ukoll jiġbru u jirrappurtaw data, skont dan l-Artikolu dwar ir-reġistrazzjonijiet ta’ vetturi fil-kateogriji M2 u N2 kif imfisser fl-Anness II tad-Direttiva Nru 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx il-2 610 kg u vetturi li l-approvazzjoni tat-tip għalihom tiġi estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
510/2011 (adattat)
ġdid
Artikolu 89
Primjum għal emissjonijiet eċċessivi
1.Fir-rigward tal-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2014 u kullkull sena kalendarja sussegwenti, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għal emissjonijiet eċċessivi fuq manifattur jew amministratur ta’ konsorzju, skont il-każ, meta l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ manifattur jeċċedu l-mira għall-emissjonijiet speċifiċi tagħha.
2.Il-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bil-formula e li ġejja:
(a)
mill-2014 sal-2018:
(i)
għal emissjonijiet eċċessivi ta’ aktar minn 3 g CO2/km:
((Emissjonijiet eċċessivi – 3 g CO2/km) × EUR 95 + EUR 45) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda;
(ii)
għal emissjonijiet eċċessivi ta’ aktar minn 2 g CO2/km iżda mhux aktar minn 3 g CO2/km:
((Emissjonijiet eċċessivi – 2 g CO2/km) × EUR 25 + EUR 20) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda;
(iii)
għal emissjonijiet eċċessivi ta’ aktar minn 1 g CO2/km iżda mhux aktar minn 2 g CO2/km:
((Emissjonijiet eċċessivi – 1 g CO2/km) × EUR 15 + EUR 5) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda;
(iv)
għal emissjonijiet eċċessivi ta’ mhux aktar minn 1 g CO2/km:
(Emissjonijiet eċċessivi × EUR 5) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda;
(b)
mill-2019:
(Emissjonijiet eċċessivi × EUR 95) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda b’reġistrazzjoni ġdida.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
–“emissjonijiet eċċessivi” tfisser il-valur pożittiv tan-numru ta’ grammi kull kilometru li bih l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifattur – b’kunsiderazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minħabba teknoloġiji innovattivi approvati skont l-Artikolu 1211, ikunu qabżu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja jew f’parti minnha li għaliha japplika l-obbligu skont l-Artikolu 4, aġġustat għall-eqreb tliet punti deċimali; u
–“l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda b’reġistrazzjoni ġdida ” tfisser l-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri jew vetturi kummerċjali ħfief ġodda magħduda b’mod separat li huma prodotti mill-manifattur u li ġew irreġistrati f’dak il-perjodu skont il-kriterji tad-dħul gradwali stipulati fl-Artikolu 4(3).
3.
Il-Kummissjoni għandha tadotta arranġamenti dettaljati għall-ġbir tal-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
4.
L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
443/2009 (adattat)
Artikolu 9
Primjum għal emissjonijiet eċċessivi
1.
Fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-2012 ‘il quddiem li għaliha l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur jeċċedu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi f'dik is-sena, il-Kummissjoni għandha timponi premium għall-eċċess ta' emissjonijiet fuq il-manifattur, jew fil-każ ta' konsorzju, l-amministratur tal-konsorzju.
2.
Il-premium għall-eċċess ta' emissjonijiet taħt il-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bil-formulae li ġejjin:
(a)Mill-2012 sal-2018:
(i)Fejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ta' CO2 jeċċedu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu b'aktar minn 3 g CO2/km:
((Eċċess ta' emissjonijiet – 3 g CO2/km) × 95 EUR/g CO2/km + 1 g CO2/km × 25 EUR/g CO2/km + 1 g CO2/km × 15 €/g CO2/km + 1 g CO2/km × 5 €/g CO2/km) × l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri.
(ii)Fejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ta' CO2 jeċċedu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu b'aktar minn 2 g CO2/km iżda mhux b'aktar minn 3 g CO2/km:
((Eċċess ta' emissjonijiet – 2 g CO2/km) × 25 €/g CO2/km + 1 g CO2/km × 15 €/g CO2/km + 1 g CO2/km × 5 €/g CO2/km) × l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri.
(iii)Fejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ta' CO2 jeċċedu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu b'aktar minn 1 iżda mhux b'aktar minn 2 g CO2/km:
((Eċċess ta' emissjonijiet – 1 g CO2/km) × 15 €/g CO2/km + 1 g CO2/km × 5 €/g CO2/km) × l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri.
(iv)Fejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ta' CO2 jeċċedu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu b'aktar minn 1 g CO2/km:
(Eċċess ta' emissjonijiet × 5 €/g CO2/km) × l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri.
(b)Mill-2019 'il quddiem:
(Eċċess ta' emissjonijiet × 95 €/g CO2/km) × l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-'eċċess ta' emissjonijiet, determinat kif stipulat fl-Artikolu 4, ifisser in-numru pożittiv ta' grammi kull kilometru li bih l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur — b'kont meħud tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minħabba t-teknoloġiji innovattivi approvati — ikunu eċċedu l-mira tiegħu ta' emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja, arrotondat għall-eqreb tliet punti deċimali; u l-“għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri” ifisser l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri magħmula mill-manifattur u li ġew ireġistrati dik is-sena konformement mal-kriterji tal-introduzzjoni gradwali stabbiliti fl-Artikolu 4.
333/2014 Art. 1.7
3.Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-modi għall-ġbir ta’ primjums għall- emissjonijiet eċċessivi taħt il-paragrafu 1 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 1514(2).
443/2009 (adattat)
4.L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
Il-pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi
1.
Sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-2011, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista fejn tindika għal kull manifattur:
(a)il-mira tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti;
(b)l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;
(c)id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira speċifika tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena;
(d)l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 għall-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri fis-sena kalendarja preċedenti fil-Komunità; u
(e)il-massa medja għall-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri fil-Komunità fis-sena kalendarja preċedenti.
2.
Mill-31 ta' Ottubru 2013, il-lista ppubblikata taħt il-paragrafu 1 għandha tindika wkoll jekk il-manifattur ikunx ikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti.
510/2011 (adattat)
ġdid
Artikolu 109
Il-pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi
1.Sal-31 ta’ Ottubru 2013 u l-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tippubblika permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni lista li tindika, għal kull manifattur:
(a) għal kull manifattur, il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi għas-sena kalendarja preċedenti;
(b) għal kull manifattur, l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;
(c)id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tiegħu tal-manifattur fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu għal dik is-sena;
(d)l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 għall- vetturi tal-passiġġieri ġodda kollha u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti;
(e)il-massa medja fi stat ta’ tħaddim għall- vetturi tal-passiġġieri ġodda kollha u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta’ Diċembru 2020 ;.
ġdid
(f)il-massa tat-test medja għall-vetturi tal-passiġġieri ġodda kollha u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti.
510/2011 (adattat)
2.Mill-31 ta’ Ottubru 2015, iIl-lista ppubblikata skont il-paragrafu 1 għandha tindika wkoll jekk il-manifattur ikunx konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti.
ġdid
3.Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha, għall-pubblikazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2022, tindika dan li ġej:
(a)il-miri għall-2025 u għall-2030 għall-flotta kollha tal-UE msemmija fl-Artikolu 1(4) u (5) kkalkulati mill-Kummissjoni f’konformità mal-punti 6.1.1 u 6.1.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I;
(b)il-valuri għal a2021, a2025 u a2030 ikkalkulati mill-Kummissjoni f’konformità mal-punt 6.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I.
510/2011 (adattat)
ġdid
Artikolu 1110
Derogi għal ċerti manifatturi
1.Tista’ ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira għall-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata f’konformità mal-Anness I minn manifattur ta’ inqas minn 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri jew 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-Unjoni għal kull sena kalendarja fejn dak il-manifattur:
(a)ma jkunx parti minn grupp ta' manifatturi konnessi; jew
(b)jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi relatati li b’kollox huwa responsabbli għal inqas minn 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri jew 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-Unjoni kull sena kalendarja; jew
(c)ikun parti minn grupp konness ma' manifattur ieħor iżda jħaddem il-faċilitajiet ta' produzzjoni u ċ-ċentru ta' disinn tiegħu stess.
2.Deroga li ssir applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1 tista’ tingħata għal perijodu massimu ta’ 5 snin kalendarji li jiġġeddu . Għandha ssir applikazzjoni lill-Kummissjoni u din għandha tinkludi:
(a)l-isem u l-persuna ta' kuntatt għall-manifattur;
(b)provi li l-manifattur ikun eliġibbli għal deroga konformement mal-paragrafu 1;
(c)dettalji tal- karozzi tal-passiġġieri jew vetturi kummerċjali ħfief li huwa jimmanifattura inkluż il-massa tat-test u l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ dawk il-karozzi tal-passiġġieri jew il-vetturi kummerċjali ħfief; u
(d)mira tal-emissjonijiet speċifiċi konsistenti mal-potenzjal tat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal teknoloġiku u ekonomiku biex jitnaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u b’konsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa mmanifatturata.
3.Fejn il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tiegħu u b’konsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ vettura kummerċjali ħafifa manifatturata, il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. L-applikazzjoni għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tal-ewwel sena li fiha għandha tapplika d-deroga.
4.
Manifattur li jkun suġġett għal deroga taħt dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe tibdil li jaffettwa jew li jista’ jaffettwa l-eliġibbiltà tiegħu għal deroga.
5.
Jekk, fuq il-bażi ta' notifika taħt il-paragrafu 4 jew mod ieħor, il-Kummissjoni tqis li manifattur ma jkunx għadu eliġibbli għad-deroga, għandha tirrevoka d-deroga b'effett mill-1 ta' Jannar fis-sena kalendarja ta' wara u għandha tinnotifika b'dan lill-manifattur.
6.
Fejn il-manifattur ma jilħaqx il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni għandha timponi l-premium għal emissjonijiet eċċessivi fuq il-manifattur, kif stipulat fl-Artikolu 9.
7.
Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli biex jissuplementaw il-paragrafi mill-1 sas-6 ta’ dan l-Artikolu, inter alia, dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-derogi, dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet, u dwar il-kontenut u l-valutazzjoni ta’ programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17.
8.
L-applikazzjonijiet għal deroga, inklużi l-informazzjoni ta’ sostenn, in-notifiki skont il-paragrafu 4, ir-revoki skont il-paragrafu 5 u kwalunkwe impożizzjoni ta’ primjum għall-emissjonijiet eċċessivi skont il-paragrafu 6 u l-atti adottati skont il-paragrafu 7, għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku, soġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
.
443/2009 (adattat)
ġdid
Artikolu 11
Derogi għal ċerti manifatturi
1.
Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi kkalkulata taħt l-Anness I minn manifattur li jkun responsabbli għal inqas minn 10 000 karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fil-Komunità kull sena kalendarja u:
(a)ma jkunx parti minn grupp ta' manifatturi konnessi; jew
(b)li jkun parti minn grupp ta' impriżi konnessi ikun responsabbli in toto għal anqas minn 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri reġistrata fil-Komunità kull sena kalendarja; jew
(c)ikun parti minn grupp konness ma' manifattur ieħor iżda jħaddem il-faċilitajiet ta' produzzjoni u ċ-ċentru ta' disinn tiegħu stess.
2.
Deroga li għaliha ssir applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 tista’ tingħata għal massimu ta’ ħames snin kalendarji. Għandha ssir applikazzjoni lill-Kummissjoni u din għandha tinkludi:
(a)l-isem u l-persuna ta' kuntatt għall-manifattur;
(b)provi li l-manifattur ikun eliġibbli għal deroga konformement mal-paragrafu 1;
(c)dettalji tal-karozzi tal-passiġġieri li jimmanifattura, fosthom il-massa u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' dawk il-karozzi tal-passiġġieri; u
(d)mira ta' emissjonijiet speċifiċi li tkun konsistenti mal-potenzjal tat-tnaqqis, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku biex inaqqas l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 u b'kont meħud tal-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza mmanifatturata.
3.
Fejn il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tiegħu u b’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ karozza manifatturata, il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur.
4.Tista’ ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skont il-punti 1 sa 4 tal-Parti A tal-Anness I minn manifattur li jkun responsabbli flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri reġistrati kull sena kalendarja fil-Komunità fl-Unjoni .
Applikazzjoni bħal din tista’ ssir minn manifattur għalih innifsu jew għalih flimkien ma’ kwalunkwe impriża assoċjata miegħu. Għandha ssir applikazzjoni lill-Kummissjoni u din għandha tinkludi:
(a)l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafi 2(a) u (c), inkluż, fejn rilevanti, l-informazzjoni dwar kull impriża konnessa;.
333/2014 Art. 1.8(b) (adattat)
(b)jekk l-applikazzjoni hija fir-rigward tal-punti (a) u (b) tal-punt 1 tal-Anness I, mira li hija tnaqqis ta’ 25 % fl-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fl-2007 jew, fejn issir applikazzjoni unika fir-rigward ta’ għadd ta’ impriżi konnessi, tnaqqis ta’ 25 % fuq il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ dawk l-impriżi fl-2007.
333/2014 Art. 1.8(c)
(bc)jekk l-applikazzjoni hija fir-rigward tal-punt (c) tal-Anness I, il-punt 1, mira li hija tnaqqis ta’ 45 % fl-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fl-2007 jew, fejn issir applikazzjoni unika fir-rigward ta’ għadd ta’ impriżi konnessi, tnaqqis ta’ 45 % fuq il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ dawk l-impriżi fl-2007.
443/2009
Fejn ma teżistix informazzjoni dwar l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' manifattur fl-2007, il-Kummissjoni għandha tiddetermina mira ta’ tnaqqis ekwivalenti bbażata fuq l-aħjar teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 disponibbli li jintużaw f’karozzi tal-passiġġieri ta’ massa komparabbli u b’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ karozza mmanifatturata. Din il-mira għandha tintuża mill-applikant għall-finijiet tal-punt (b).
Il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur jekk dan juri li l-kriterji għall-għoti ta’ deroga msemmija f'dan il-paragrafu jkunu ġew issodisfati.
5.Manifattur li jkun suġġett għal deroga taħt dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe tibdil li jaffettwa jew li jista' jaffettwa l-eliġibbiltà tiegħu għal deroga.
6.Jekk, fuq il-bażi ta' notifika taħt il-paragrafu 5 jew mod ieħor, il-Kummissjoni tqis li manifattur ma jkunx għadu eliġibbli għad-deroga, għandha tirrevoka d-deroga b'effett mill-1 ta' Jannar fis-sena kalendarja ta' wara u għandha tinnotifika b'dan lill-manifattur.
7.Fejn il-manifattur ma jilħaqx il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni għandha timponi l-primjum għal emissjonijiet eċċessivi fuq il-manifattur, kif stipulat fl-Artikolu 98.
333/2014 Art. 1.8(d)
8.Il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a16 li jistabbilixxu regoli li jissupplimentaw il-paragrafi 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għal derogi, tal-kontenut tal-applikazzjonijiet, u tal-kontenut u l-valutazzjoni tal-programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2.
443/2009
9.L-applikazzjonijiet għal deroga, inkluża l-informazzjoni li tappoġġaha, in-notifiki taħt il-paragrafu 5, ir-revoki taħt il-paragrafu 6 u kwalunkwe impożizzjoni ta' premium għal emissjonijiet eċċessivi taħt il-paragrafu 7, u l-miżuri adottati konformement mal-paragrafu 8, għandhom ikunu disponibbli pubblikament, suġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
Artikolu 1112
Eko-innovazzjoni
333/2014 Art. 1.9(a)
ġdid
1.Fuq applikazzjoni minn fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta’ CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta’ teknoloġiji innovattivi (“pakkett ta’ teknoloġija innovattiva”).
Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli.
Il-kontribut totali ta’ dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-miratal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur jista’ jkun sa 7 g CO2/km.
ġdid
Il-Kummissjoni tista’ taġġusta l-limitu mill-2025 ’il quddiem. Dawk l-aġġustamenti għandhom isiru permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 16.
443/2009 (adattat)
1 333/2014 Art. 1.9(b)
ġdid
2.1 Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dettaljati għal proċedura biex jiġu approvati t-teknoloġiji innovattivi jew pakketti ta’ teknoloġija innovattiva msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 1514(2) ta’ dan ir-Regolament. Dawn id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji, li ġejjin, għal teknoloġiji innovattivi:
(a)il-fornitur jew manifattur għandu jkun responsabbli għall-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi;
(b)it-teknoloġiji innovattivi għandhom jagħtu kontribut ivverifikat għat-tnaqqis ta’ CO2;
(c)it-teknoloġiji innovattivi m’għandhomx ikunu koperti miċ-ċiklu standard ta’ testijiet għall-kejl ta’ CO2;
(d)jew it-teknoloġiji innovattivi m'għandhomx ikunu koperti minn dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari li jikkonformaw mat-tnaqqis ta' 10 g CO2/km imsemmija fl-Artikolu 1 jew ikunu obbligatorji taħt dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Komunità Unjoni . Mill-1 ta’ Jannar 2025, dan il-kriterju m’għandux japplika fir-rigward tat-titjib tal-effiċjenza tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata.
333/2014 Art. 1.9(c)
3.Fornitur jew manifattur li japplika għall-approvazzjoni ta’ xi miżura bħala teknoloġija innovattiva jew pakkett ta’ teknoloġija innovattiva għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni, li jinkludi rapport ta’ verifika mwettaq minn entità indipendenti u ċertifikata. F’każ ta’ interazzjoni possibbli tal-miżura ma’ teknoloġija innovattiva oħra jew ma’ pakkett ta’ teknoloġija innovattiva diġa’ approvat, ir-rapport għandu jsemmi dik l-interazzjoni u ur-rapport ta’ verifika għand jivvaluta sa liema punt dik l-interazzjoni tbiddel it-tnaqqis miksub minn kull miżura.
443/2009
4.Il-Kummissjoni għanda tikkonferma t-tnaqqis miksub, fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2.
510/2011 (adattat)
Artikolu 12
Eko-innovazzjoni
253/2014 Art. 1.4(a) (adattat)
1.
Fuq applikazzjoni minn fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta’ CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta’ teknoloġiji innovattivi (“pakkett ta’ teknoloġija innovattiva”).
Il-kontribut totali ta’ dawk it-teknoloġiji biex titnaqqas il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur jista’ jkun sa 7 g CO2/km.
253/2014 Art. 1.4(b) (adattat)
2.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dettaljati għal proċedura ta’ approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi jew pakketti ta’ teknoloġija innovattiva msemmija fil-paragrafu 1, sal-31 ta’ Diċembru 2012. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament. Dawk id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti taħt l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u jkunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin għat-teknoloġiji innovattivi:
510/2011 (adattat)
(a)il-fornitur jew manifattur għandu jkun responsabbli għall-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi;
(b)it-teknoloġiji innovattivi għandhom jagħtu kontribut ivverifikat għat-tnaqqis ta’ CO2;
(c)it-teknoloġiji innovattivi m’għandhomx ikunu koperti miċ-ċiklu standard ta’ testijiet għall-kejl ta’ CO2 jew mid-dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari konformi mat-tnaqqis ta’ 10 g CO2/km imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jew ikunu obbligatorji taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni.
3.
Fornitur jew manifattur li japplika għall-approvazzjoni ta’ xi miżura bħala teknoloġija innovattiva għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni, li jinkludi rapport ta’ verifika mwettaq minn entità indipendenti u ċertifikata. Fil-każ ta’ interazzjoni possibbli tal-miżura ma’ teknoloġija innovattiva oħra li tkun diġà approvata, ir-rapport għandu jirreferi għal dik l-interazzjoni u r-rapport ta’ verifika għandu jevalwa safejn dik l-interazzjoni timmodifika t-tnaqqis miksub minn kull miżura.
4.
Il-Kummissjoni għanda tikkonferma t-tnaqqis miksub, fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2.
ġdid
Artikolu 12
Emissjonijiet tas-CO2 u konsum tal-enerġija fl-użu reali
1.Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tivvaluta kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. Għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif dan jevolvi maż-żmien.
2.Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà mill-manifatturi jew mill-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta’ data robusta mhux personali dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 u dwar il-konsum tal-enerġija fl-użu reali ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief.
3.Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
443/2009 (adattat)
Artikolu 13
Reviżjoni u rappurtar Aġġustamenti ta’ M0 u TM0
1.
Fl-2010, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-approċċ integrat tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi ħfief.
ġdid
1. Il-figuri ta’ M0 u TM0 imsemmija fil-Partijiet A u B tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati kif ġej:
443/2009 (adattat)
ġdid
2.(a) Ssal-31 ta’ Ottubru 2014 2020 , u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, għandhom jiġu adottati miżuri għall-emendar tal-Anness I biex tiġi aġġustata ċ-ċifra ta’ M0, imsemmija fih, fil-punti 1 sa 5 tal-Parti A tal-Anness I għandha tiġi aġġustata għall-massa medja tal-karozzi tal-passiġġieri l-ġodda fi stat ta’ tħaddim fit-tliet snin kalendarji ta’ qabel. l-2017, l-2018 u l-2019. Dak il-valur il-ġdid ta’ M0 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2024;
ġdid
(b)sal-31 ta’ Ottubru 2022, iċ-ċifra M0 fil-punti 1 sa 5 tal-Parti B tal-Anness I għandha tiġi aġġustata għall-massa medja fi stat ta’ tħaddim ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda fit-tliet snin kalendarji preċedenti l-2019, l-2020 u l-2021. L-M0 il-ġdid għandu japplika fl-2024;
(c)sal-31 ta’ Ottubru 2022, it-TM0 indikattiv għall-2025 għandu jiġi determinat bħala l-massa medja tat-test rispettiv għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda fl-2021;
(d)sal-31 ta’ Ottubru 2024 u kull sentejn wara dan, il-figuriTM0 fil-Partijiet A u B tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati għall-massa rispettiva medja tat-test tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda fis-sentejn kalendarji preċedenti mill-2022 u l-2023 ’il quddiem. It-TM0 rispettiv il-ġdid għandu japplika mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja wara d-data tal-aġġustament.
443/2009
Dawk il-miżuri għandhom ikollhom effett għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 u kull tliet snin wara dan.
333/2014 Art. 1.10(a) (adattat)
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati, il-dawkil-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mal-Artikolu 1614a.
510/2011
Artikolu 1314
Reviżjoni u Rapport
ġdid
1.Fl-2024, l-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm hu effikaċi dan ir-Regolament, fejn xieraq, flimkien ma’ proposta biex ir-Regolament jiġi emendat. Dan ir-rapport jikkunsidra, inter alia, kemm huma rappreżentattivi tal-użu reali l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151, il-mobilizzazzjoni ta’ vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni u l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u tal-forniment tal-fjuwil irrapurtati skont id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
253/2014 Art. 1.5(a) (adattat)
1.
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi u l-modalitajiet stabbiliti fih, kif ukoll l-aspetti oħra ta’ dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi l-miri għall-emissjonijiet ta’ CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perijodu lil hinn mill-2020. F’dak ir-rigward, il-valutazzjoni tar-rata ta’ tnaqqis meħtieġa għandha tikkonforma mal-miri tal-Unjoni fit-tul rigward il-klima u l-implikazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ teknoloġija kosteffettiva li tnaqqas is-CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat ta’ dik l-analiżi. Dak ir-rapport għandu jinkludi kwalunkwe proposta adatta biex dan ir-Regolament jiġi emendat, inkluż l-iffissar, possibbilment, ta’ mira realistika u li tista’ tinkiseb, ibbażata fuq valutazzjoni komprensiva tal-impatt li ser tikkunsidra l-kompetittività kontinwa tal-industrija tal-vetturi kummerċjali ħfief u l-industriji li jiddipendu minnha. Meta tfassal dawn il-proposti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn ikunu kemm jista’ jkun newtrali mil-lat tal-kompetizzjoni u li jkunu soċjalment ġusti u sostenibbli.
510/2011 (adattat)
2.
Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-2014, biex tinkludi f’dan ir-Regolament vetturi fil-kateogrija N2 u M2 kif imfisser fl-Anness II tad-Direttiva Nru 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx l-2610 kg u vetturi li l-approvazzjoni tat-tip għalihom tiġi estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, bil-għan li l-objettiv fit-tul jintlaħaq mill-2020.
3.
Il-Kummissjoni għandha, sal-2014, wara valutazzjoni tal-impatt, tippubblika rapport dwar id-disponibbiltà tad-data dwar il-footprint u l-piż tat-tagħbija u l-użu tagħhom bħala parametri ta’ utilità sabiex jiġu stabbiliti l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi u, jekk ikun meħtieġ, tibgħat proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw l-Anness I f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja.
5.
Sal-31 ta’ Ottubru 2016, u kull 3 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness I permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikoli 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17, biex tiġi aġġustata iċ-ċifra ta’ M0, imsemmija hemmhekk, għall-massa medja tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fit-3 snin kalendarji preċedenti.
Dawk l-aġġustamenti għandhom isiru effettivi għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2018 u kull tliet snin wara dan.
4.
Sal-31 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni għandha twaqqaf proċedura biex jinkisbu valuri rappreżentattivi tal-emissjonijiet ta’ CO2, tal-effiċjenzja tal-karburant u tal-massa ta’ vettturi kkompletati filwaqt li tiżgura li l-manifattur tal-vettura ta’ bażi jkollu aċċess f’waqtu għall-massa u għall-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vettura kkompletata.
6.
Il-Kummissjoni għandha tinkludi vetturi kummerċjali ħfief fir-reviżjoni tal-proċeduri biex jitkejlu l-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-vetturi kummerċjali ħfief fir-reviżjoni tad-Direttiva 2007/46/KE f’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
443/2009 (adattat)
ġdid
32.
Mill-2012, tIl-Kummissjoni għandha tqis il-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 12 u tista’, fejn xieraq, għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt sabiex tirrevedi sal-2014, hekk kif previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, il-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet ta’ CO2 hekk kif stabbilit taħt f’dak ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 . Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tagħmel proposti xierqa biex tadatta l-proċeduri biex jirriflettu b’mod adegwat ir-rendiment reali tal-emmissjonijiet komportament ta’CO2 tal-karozzi u vetturi kummerċjali ħfief li jinkludu t-teknoloġiji innovattivi approvati kif definit fl-Artikolu 12 li jistgħu jkunu riflessi fiċ-ċiklu tal-eżami. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li sussegwentement dawk il-proċeduri jiġu riveduti b’mod regolari.
443/2009 (adattat)
4.
Sal-2010, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-Direttiva 2007/46/KE sabiex kull tip/varjant/verżjoni ikunu jikkorrispondu għal sett uniku ta’ teknoloġiji innovattivi.
333/2014 Art. 1.10(c) (adattat)
5.
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi, il-modalitajiet u aspetti oħra ta’ dan ir-Regolament, inkluż jekk parametru ta’ utilità jkunx għadu meħtieġ u jekk il-massa jew il-marka tal-karbonju hijiex l-aktar parametru ta’ utilità sostenibbli, sabiex tistabbilixxi l-miri għall-emissjonijiet ta’ CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri għall-perijodu ta’ wara l-2020. Il-valutazzjoni tar-rata meħtieġa ta’ tnaqqis għandha tkun konformi mal-miri tal-Unjoni fit-tul relatati mal-klima u l-implikazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ teknoloġija kosteffettiva li tnaqqas is-CO2 għall-karozzi. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat ta’ dik l-analiżi. Dak ir-rapport għandu jinkludi kwalunkwe proposta li temenda dan ir-Regolament, inkluż l-istabbiliment possibbli ta’ mira realistika u li tista’ tinkiseb, abbażi ta’ valutazzjoni komprensiva tal-impatt li ser tikkunsidra l-kompetittività kontinwa tal-industrija tal-karozzi u l-industriji li jiddipendu minnha. Meta tfassal dawn il-proposti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn ikunu kemm jista’ jkun newtrali mil-lat tal-kompetizzjoni u li jkunu soċjalment ġusti u sostenibbli.
443/2009 (adattat)
6.
Sal-2014, u wara stima tal-impatt, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar id-disponibbiltà ta' data tal-footprint u l-użu tagħha bħala parametru tal-utilità biex ikunu stabbiliti miri ta' emissjonijiet speċifiċi u, jekk xieraq, għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex ikun emendat l-Anness I.
333/2014 Art. 1.10(d) (adattat)
ġdid
73.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa sabiex tkun riflessa kwalunkwe bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 u, fejn applikabbli, fir-Regolament (UE) 2017/1151 . Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 1415(2) ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa biex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14a 16 sabiex tadatta l-formoli li jinsabu fl-Anness I, billi tuża l-metodoloġija adottata skont l-ewwel subparagrafu, filwaqt li tiżgura li r-rekwiżiti għat-tnaqqis ta’ restrizzjoni komparabbli għall-manifatturi u vetturi ta’ utilità differenti jkunu meħtieġa taħt il-proċeduri tat-test il-qodma u l-ġodda.
253/2014 Art. 1.5(b)
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa sabiex kwalunkwe bidla tiġi riflessa fil-proċedura regolatorja tal-ittestjar għall-kejl ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008
. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament.
Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17 biex tadatta l-formoli stabbiliti fl-Anness I permezz tal-użu tal-metodoloġija adottata skont l-ewwel subparagrafu, filwaqt li tiżgura li, taħt il-proċedura tal-ittestjar ġdida u dik preċedenti, ikunu meħtieġa rekwiżiti ta’ tnaqqis b’restrizzjonijiet komparabbli għall-manifatturi u vetturi ta’ utilitajiet differenti.
333/2014 Art. 1.11 (adattat)
ġdid
Artikolu 1514
Proċedura tal-kumitat
1.
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima tal-Unjoni tal-Enerġija stabbilit bl-[Artikolu 937] tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE [Regolament (UE) […]] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2.
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.
Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
510/2011 (adattat)
Artikolu 14
Proċedura tal-kumitat
1.
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Bdil tal-Klima stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto
. Dak il-kumitat huwa kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
253/2014 Art. 1.6 (adattat)
2a.
Fejn il-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
333/2014 Art. 1.12 (adattat)
ġdid
Artikolu 14a16
Eżerċizzju tad-delega
1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu
21.Il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa biex tadotta atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7)8(9), l-Artikolu 10(8)11, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 11(1), it-tielet subparagrafu tal- Artikolu 13(2) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3)13(7) għal perjodu ta’ ħames snin mit-8 ta’ April 2014 għal perjodu ta’ żmien indefinit minn [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
32. Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7)8(9), l-Artikolu 10(8)11, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 11(1), it-tielet subparagrafu tal- Artikolu 13(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3)13(7) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar 'il quddiem speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.
43.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
54.Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7)8(9), l-Artikolu 10(8)11, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 11(1) , it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3)13(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
510/2011 (adattat)
1.
Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9), fl-Artikolu 11(7), fl-Artikolu 13(5) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(6), għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ 5 snin minn 3 ta’ Ġunju 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa delegata mhux aktar tard minn 6 xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokahiex f’konformità mal-Artikolu 16.
2.
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3.
Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17.
Artikolu 16
Revoka tad-delega
1.
Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9), fl-Artikolu 11(7), fl-Artikolu 13(5) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(6) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2.
L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tindika s-setgħa delegata li tista’ tkun suġġetta għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.
3.
Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegar tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tieħu effett minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 17
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
1.
Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistga’ joġġezzjona għal att delegat f’perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.
Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
2.
Jekk, kif jintemm il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, l-att għandu jiġi pubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.
L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.
3.
Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att delegat fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li tesprimi oġġezzjonijiet għall-att delegat għandha tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjoni.
ġdid
Artikolu 17
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2007
L-Artikolu 11a li ġej għandu jiddaħħal fir-Regolament (KE) Nru 715/2007:
"Artikolu 11a
Konformità fis-servizz tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil
1.
Soġġett għall-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom, abbażi ta’ kampjuni xierqa u rappreżentattivi, jivverifikaw li l-vetturi li jkunu ddaħħlu fis-servizz u li jkunu tawhom approvazzjoni tat-tip ikunu jikkonformaw mal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fiċ-ċertifikati tal-konformità.
2.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 15 biex tiddetermina l-proċedura għall-verifika tal-konformità fis-servizz tal-vetturi ħfief fir-rigward tal-valuri ċertifikati tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil.”
443/2009 (adattat)
Artikolu 1518
Tħassir
Id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.
Madankollu, l-Artikoli 4, 9 u 10 ta' dik id-Deċiżjoni għandhom jibqgħu japplikaw sa meta l-Kummissjoni tkun ressqet quddiem il-Parlament Ewropew rapport dwar id-data ta' monitoraġġ għas-sena kalendarja 2009.
ġdid
Ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020.
Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
443/2009 (adattat)
ġdid
Artikolu 1619
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT LIMITAT GĦALL-INTROJTU
1.ISEM TAL-PROPOSTA:
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (riformulazzjoni).
2.LINJI BAĠITARJI:
Kapitolu u Artikolu: Kapitolu tal-Baġit 71 — Multi u Penali, Partita 7 1 9 1 — Pagamenti ta' multi u penali oħrajn mhux assenjati
Ammont ibbaġitjat għas-sena konċernata: p.m. (ara t-taqsima 5)
3.IMPATT FINANZJARJU
◻
Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja
☑
Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:
(f’miljuni ta’ EUR sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)
|
|
Linja baġitarja
|
Dħul
|
Kapitolu tal-Baġit 71 — Multi u Penali, Partita 7 1 9 1 — Pagamenti ta' multi u penali oħrajn mhux assenjati
|
p.m.
(ara t-taqsima 5)
|
4.
MIŻURI KONTRA L-FRODI
Minbarra l-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet, bħala parti mill-proċedura ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar annwali, se jsiru kontrolli tal-kwalità u verifiki tad-data ppreżentata.
5. KUMMENTI OĦRAJN
F’konformità mal-Artikolu 8 tal-proposta, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għal emissjonijiet eċċessivi fuq il-manifattur, jew fil-każ ta' konsorzju, l-amministratur tal-konsorzju jekk l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur jeċċedu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu. Din il-proċedura hija konformi mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, attwalment fis-seħħ u li se jiġu integrati flimkien u sostitwiti mil-leġiżlazzjoni l-ġdida. Il-metodi għall-ġbir tal-primjums għal emissjonijiet eċċessivi huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/100/UE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/99/UE.
Peress li d-dħul jokkorri biss jekk manifattur jeċċedi l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu, mhux possibbli li jiġi antiċipat jekk huwiex se jkun hemm dħul u, jekk ikun hemm, li jiġi ddeterminat l-ammont tiegħu.